logo

Atlas Banner

Energy Audit Scheme

employers and jobseekers(2)

module graphic

Photo Gallery

Who's online

We have 171 guests and no members online

Il-GRTU għadha kif ikkonkludit żewġ laqgħat separati mall-kandidati ghall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr. Adrian Delia u Dr. Chris Said. Matul dawn il-laqgħat il-President tal-GRTU Paul Abela spjega li l-għan ewlieni tal-GRTU huwa dak li jisalvagwardja l-interess tal-intraprizi ż- żgħar u medji li hu fl-interess tal-membri tal-GRTU li l-organiżazzjoni iżżomm linja ta’ komunikazzjoni miftuħa ma min ikun fil-gvern u anke l-oppożizzjoni bħala l-gvern alternattiv.

Il-President tal-GRTU Paul Abela, iffoka fuq żewġ sfidi ewlenin li qegħdin jiffacjaw l-intrapriżi żgħar u medji. Is-Sur Abela qal li Malta illum qiegħda fi kriżi għaliex l-intrapriżi Maltin iridu jaħdmu, jikbru u jinvestu u dawn qed jiġu maħnuqa għaliex ma jsibux nies b’min jaħdmu. Hawn ‘shortage’ qawwi ta’ riżorsi umani li qed jikkawża inflazzjoni fil-pagi u operat limitat.

Fosthom Paul Abela spjega wkoll li għad hemm problemi relatati ma’ ‘Access to Finance’ lokali għaliex għad hawn dipendenza assoluta fuq il-banek. Din hija problema li qiegħda ittellef lill-industrija u tnaqqas il-kompetitivita. Paul Abela spjega li bħala GRTU ilha snin tiddiskuti dan, u dan ukoll wassal biex jinħoloq il- ‘Malta Development Bank’.

Iż-Żewg kandidati wrew li huma konxji sew ta’ dawn il-problemi u flimkien mal-GRTU iddiskutew soluzjonijiet li jistgħu jiġu implimentati b’mod nazzjonali.

Il-President tal-GRTU irringrazzja liż-żewġ kandidati talli sabu ic-cans jiltaqgħu mall-GRTU u awguralhom kull success għall-elezzjoni. Paul Abela kompla jgħid li l-GRTU iħares il-quddiem biex jaħdem ma min ikun Kap tal-Partit Nazzjonalista.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent