logo

Problemi strutturali

Kif diga spjegajt drabi ohra, l-ekonomiji Ewropej ghandhom problemi mill-kbar kawza ta’ l-ispejjez gholjin wisq li huma mghobbijin bihom, b’mod partikolari f’dak li huma spejjez fuq servizzi li l-intraprizi jehtiegu biex ilahhqu ma’ sistemi dejjem iktar ikkumplikati u nfieq iehor marbut mat-tibdil spiss fit-teknologija tal-kommunikazzjoni u l-informatika. Imma l-aktar minhabba spejjez li dejjem jizdiedu, spejjez imposti mill-gvernijiet u mill-awtoritajiet ta’ l-istat. Qed tkun dejjem aktar difficli li f’suq li suppost li hu hieles, jinzamm livell adekwat ta’ profitti li jaghmilha possibbli biex l-intraprizi jkunu jistghu jippjanaw ghal quddiem, joholqu fondi ta’ investiment u jifirxu lejn teknologiji u sistemi godda.


L-istrutturi ta’ hafna intraprizi Ewropej huma f’sitwazzjoni fejn difficli ferm li jnaqqsu l-ispejjez, anzi ghandhom sitwazzjoni fejn infieq importanti, l-aktar dak fuq pagi u salarji, jibqa jitla, kwazi awtomatikament, irrispettivament minn dak li jkun qed isir fis-suq u rrispettivament minn dak li jkun qed jigri lill-profitti ta’ l-intraprizi. Il-profitti ta’ l-intraprizi huma l-indikatur l-aktar importanti li jispjega jekk ekonomija tas-suq tkunx ghaddejja minn fazi tajba jew le. Jigri li meta l-livell ta’ profitti jkun konsistentement qed jitnaqqar, il-programmi ta’ ristruttura ta’ l-ekonomija ma jkunux jistghu jahdmu ghaliex l-intraprizi ma jkollhomx minn fejn isostnu l-bdil ta’ l-istrutturi li ghandhom. Dan li jfisser ristruttura; mhux sempliciment pinzellata, izda tibdil fl-istruttura ta’ negozju li bil-fors jirrikjedi investimenti sostanzjali kemm f’dak li huwa apparat kif ukoll f’dak li hu tahrig ta’ haddiema, tibdil tas-sistemi ta’ produzzjoni, bejgh u marketing, u hafna drabi wkoll tibdil fl-istrategija ekonomika ta’ intrapriza.

Infieq Pubbliku

Meta l-intrapriza ma jkollhiex fondi bizzejjed ghal dan it-tip ta’ investiment, ikollhom jidhlu l-awtoritajiet pubblici, biex taht skema jew ohra jipprovdu l-assistenza u l-fondi pubblici. U hawn hi l-kontradizzjoni li tezisti f’hafna pajjizi Ewropej: l-ewwel jghabbu l-intraprizi b’hafna burokrazija zejda, compliance costs, taxxi u pizijiet ohra, li flimkien mar-rigidita` tas-suq tax-xoghol u l-kundizzjonijiet, kultant bla sens, li jghabbu it-trade unions meta jaghmlu talbiet li f’sens ekonomiku ftit jaghmlu sens, jaghmluha kwazi mpossibbli li l-intraprizi jaghmlu profitt. Imbaghad, meta n-nuqqas ta’ profitt ta’ l-intraprizi jwaqqa’ l-GDP nazzjonali lura, u l-ekonomija minflok titkattar, tibda tickien, iqum is-soltu paniku ghax jibdew l-gheluq tal-fabbriki u l-intraprizi, jibda tiela’ l-qghad u l-ministri tal-finanzi, u fil-kaz ta’ l-Unjoni Ewropeja, il-Kummissjoni Ewropeja, tibda tivvota aktar fondi biex tigi mghejjuna l-intrapriza.

U hawn jibda c-cirku vizzjuz: aktar infieq pubbliku, infieq li hafna drabi ma jsirx sewwa ghax isir skond kif jidhrilhom il-burokratici u mhux kif tesigi l-intrapriza, il-gvernijiet jaqghu fil-budget deficits, imbaghad tibda s-sensiela ta’ zidiet fid-djun nazzjonali, sakemm kulhadd jinduna li hemm bzonn li nrossu c-cinturin ha nsewwu l-budget deficits. Kif tibda l-awsterita`, tkompli titgharraq l-intrapriza, biex imbaghad, wara li l-politici jindunaw li jkunu baswru kollox, jergghu jduru fuq l-intrapriza u jibdew jaraw x’jistghu jaghmlu biex jergghu jaghtuha spinta halli l-ekonomija tikber. Imbaghad, jibdew jitkellmu l-ministri tal-finanzi u jghidu li biex jitfejjaq il-budget deficit u biex jitnaqqas id-dejn nazzjonali, bil-fors li l-ekonomija trid tikber b’rata qawwija halli jonqos il-qghad, jizdiedu l-profitti, il-gvern ikunu jista jdahhal aktar, jispiccaw id-deficits u jsiru s-surpluses li wahidhom iwaqqghu id-dejn nazzjonali. L-ewwel ross, ghabbi u sallab, imbaghad iftah ghax stagnajna.

U f’Malta wkoll

Storja ta’ l-Ewropa din! Fejn is-sistemi li nbnew huma rigidi, huma mfassla minn burokratici u akkademici li jahsbu li l-intrapriza hi xi bir ta’ flus bla qiegh. U li jemmnu li jekk tiehu hsieb li l-istrutturi huma tajbin, li d-drittijiet ta’ kulhadd huma mharsa, li kulhadd qed jiehu l-akbar bicca possibbli mill-kejk nazzjonali u li fil-pajjiz jezistu l-ahjar servizzi, allura kollox sew. Jinsew li fl-ekonomija moderna, l-flus ma jikbrux fuq is-sigar u l-manna mis-sema ma taqa’ qatt. Jinsew li l-produzzjoni nazzjonali trid tigi l-ewwel mill-intrapriza, kemm dik li hi kbira kif ukoll dik li hi zghira, u li l-intrapriza fl-ekonomiji moderni hi intrapriza privata. U m’hawn l-ebda imprenditur privat li se ggieghlu bil-fors jinvesti u jkabbar jekk ma jkollux tama li se jaghmel profitt u li jzid il-profitt.

Meta l-imprenditur, li jaghmel l-investimenti diretti u li johloq ix-xoghol u jkattar il-gid, jaqta nifsu, jitwieldu dawk in-negozji li l-qliegh jaghmluh bi ftit produzzjoni ghax jivvintaw servizzi finanzjarji li b’mod intelligenti jqallghuhom il-flus ghas-skapitu ta’ min il-flus irid johrog l-gharaq biex jaqlaghhom. Dan hu li rajna jsir f’dawn l-ahhar snin f’hafna ekonomiji Ewropej, fejn il-cowboys tal-finanza stanew u hafna intraprizi, l-aktar proprjetarji ta’ intraprizi zghar, tkissru. Ir-raguni ewlenija hi, li fl-ekonomiji Ewropej ghadha ma dahlittx il-mentalita’ li tirrenja fl-Amerika, li qabel ma tikolha trid l-ewwel taqlaghha. Ghadha ma dahlittx il-mentalita` li l-isforzi kollha jridu jkunu l-ewwel u qabel kollox immirati biex l-intrapriza tfendi u konsistentement ikollha l-kapacita` li tkabbar, tirristruttura u tibqa persistentement kompetittiva. Ghadha ma dahlittx il-mentalita` li hu t-tkattir tal-gid li jigi biss minn intrapriza kompetittiva li hu l-aqwa garanzija ghall-kundizzjonijiet tax-xoghol dejjem ahjar, ghal servizzi socjali dejjem aggornati u ghal serhien ta’ mohh kemm f’dak li hu stabilta` ta’ mpjiegi, kif ukoll stabilta` ekonomika.

Fil-kaz ta’ Malta, dan kollu ghixnieh matul dawn l-ahhar snin u l-budget li habbar il-gimgha l-ohra l-Ministru tal-Finanzi, ma werhiex ezattament it-triq li twassalna ghall-bidla li pajjizna ghandu bzonn. X’hin taghsar il-150 pagna tad-diskors tal-Budget, id-direzzjoni tibqa’ ma ssibhiex.

Il-bidla li tenhtieg

Ma jistax ikun li wiehed jaqbel ma’ din l-analizi reali ta’ kif jahdmu l-ekonomiji moderni, imbaghad jinkiteb diskors tal-Budget, fejn jinghata sfog ghal hafna kummenti politici li mhux f’posthom fid-diskors ekonomiku ewlieni tal-gvern tal-gurnata u jsir kliem u jinhlew pagni li jwebblu li l-gvern tal-poplu ghad ghandu l-funzjoni l-antika li joqghod iqassam ic-cejca. Jew li tibqa’ tinghata l-impressjoni li l-gvern, bhas-serduq li jidden fil-ghodu ghadu mwebbel li hu, bil-hila tieghu, itella’ x-xemx fis-smewwiet. Dan minflok li ssir dikjarazzjoni cara li r-rwol ta’ gvern modern fl-ekonomija huwa li jara li l-intrapriza ghandha dawk il-facilitajiet kollha u l-opportunitajiet kollha biex tiffaccja s-swieq, kemm lokali u aktar u aktar barranin, b’sahha kompetittiva. Meta jien ghidt li l-Budget 2003 kellu jkun aktar kuragguz, dan hu li ghidt.

Flessibilita`

Dan l-imbierek pajjiz zghir taghna hu miftuh wisq ghall-irwiefen ekonomici li jigu minn barra, u li fuqhom m’ghandna ebda kontroll, u ahna, bhala wahda mill-aktar ekonomiji miftuhin fid-dinja, irridu bil-fors nibqghu, l-ewwel u qabel kollox, konsistentement kompetittivi. Dan hu l-messagg li rridu nghaddu lin-nies u mhux noqghodu ngennuhom b’hafna frazijiet politici li ma jfissru xejn.

Il-bazi tal-kompetittivita` hija il-flessibilita`. Fil-kaz ta’ Malta, fejn ir-rizors ewlieni taghna huwa x-xoghol, dan ifisser aktar flessibilita` fil-kamp tax-xoghol. Flessibilita` ma jfissirx, kif kull darba jippruvaw jispjegawha certi nies, it-tkeccija ta’ haddiema mill-post tax-xoghol. Flessibilita` fil-kamp tax-xoghol fil-kaz ta’ Malta, l-anqas ma tfisser li nkeccu n-nies minn mal-gvern biex dawn isibu xoghol fil-privat. U l-anqas ma tfisser li l-fabbriki jzidu u jnaqqsu n-nies skond id-domanda ghall-prodotti taghhom.

Flessibilita` fil-kamp tax-xoghol tfisser li l-pajjiz ikollu dawk l-istrutturi li jaghmilha possibbli li haddiem, minghajr ma jitlef id-dhul li jsostnilhu l-livell ta’ hajja li hu jkun jimmerita, jkun jista jibdel l-impjieg kemm fl-intrapriza tieghu stess, kif ukoll minn intrapriza ghall-ohra. Il-qofol ta’ dan kollu hu sistema ta’ tahrig kontinwu estensiv f’livelli hafna ghola minn dawk li ghandna f’pajjizna llum. L-idea ta’ a job for life m’ghadhiex tghodd ghaz-zminijiet tal-lum. Fil-kaz ta’ pajjizna saret ingusta li ghal bicca l-kbira tal-haddiema li jahdmu fis-settur privat dan hu fatt accettat, u ghal ohrajn li jahdmu fis-settur pubbliku, din qisha xi daghwa. L-impressjoni hi li anke mexxejja tal-haddiema, mas-settur privat jitkellmu mod, u mal-haddiema tas-settur pubbliku mod iehor. Din hi mentalita` Ewropeja.

Illum l-esigenzi ta’ ekonomija moderna jesigu li jkun hemm dawk l-istrutturi li jaghmluha possibbli li hekk kif post tax-xoghol ikun irid jibdel biex jibqa aktar kompetittiv, in-nies tax-xoghol ikunu jistghu jghaddu, jew f’pool ta’ tahrig li izommilhom il-livell ta’ l-ghixien taghhom sakemm jidhlu f’xoghol iehor jew f’pozizzjonijiet ohra, jew, permezz ta’ sistemi ta’ assistenzi u agevolazzjonijiet fiskali, l-imprenditur ikun assistit halli ma jikkawzax tbghatijiet lin-nies hekk kif intrapriza tkun qed tirristruttura. Meta s-sistemi jahdmu tajjeb u mprenditur ma jhossux li hu mfixkel u mghobbi wisq b’tassazzjonijiet u burokraziji zejda, hu jkun instigat li jahli l-energija kollha tieghu, biex ikabbar is-swieq u jizviluppa t-teknologiji u l-istrutturi li jhaddem. B’dan il-mod, il-gid jitkattar u l-opportunitajiet jinholqu kontinwament biex b’hekk is-sitwazzjonijiet tad-disimpjieg strutturali jkunu biss ghal perjodi qosra. Malta ma tistax tibqa bl-istrutturi tal-bierah jekk trid tirbah il-problemi tal-lum u tal-futur.

Tkattir tal-gid

Strutturi li jghinu biex ikun hemm aktar flessibilita` fil-kamp tax-xoghol huma l-ahjar garanzija kontra l-qghad u favur it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xoghol u s-salarji fl-ambjent ta’ ekonomija moderna. Mhux ir-rwol tal-gvernijiet li jimponu u jaghmluha tal-benevolenti. Ir-rwol tal-gvern illum huwa li jara li hemm sistemi li jahdmu u li jinkoraggixxu z-zieda fl-investiment dirett, kemm minn sorsi lokali kif ukoll minn barra l-pajjiz, li jkun hemm is-sistemi li jizguraw li r-rizorsi ekonomici ma jkunux imxekkla halli jkunu jistghu jintuzaw fejn hu ta’ l-aktar gid ghal kommunita`. U fuq kollox li jkun hemm dawk l-istrutturi u incentivi li jaraw li l-pajjiz ma jaqax lura fil-glieda kontinwa ghat-thaddim ta' teknologiji godda u sistemi ta’ organizzazzjoni u mmaniggjar dejjem aktar efficjenti. Dan hu l-kejl li bih irridu nkejjlu l-proposti li ghamlilna l-gvern. Dan hu l-kejl li fuqu, fl-opnijoni tieghi, ghandhom ikunu bbazati l-proposti tar-raprezentanti tas-sidien u tal-haddiema.

Unjoni Ewropeja, iva jew le, Malta trid bil-fors tikkompeti fis-swieq internazzjonali jekk trid li l-gid taghha jibqa jitkattar. Hu l-gid biss li jiggarantixxi aktar servizzi socjali, penzjonijiet ahjar, sistema tas-sahha efficjenti u mpjiegi aktar stabbli. Is-suq Ewropew, li dalwaqt isir suq ta’ aktar minn 500 miljun ruh, hu zgur li ser jibqa s-suq ewlieni li fih l-intraprizi Maltin iridu jikkompetu. Suq li lejh qed jersqu intraprizi li gejjin minn pajjizi fejn l-istruttura ta’ l-ispejjez taghhom hi hafna inqas minn dik ta’ Malta.

Jekk irridu nkattru l-gid, irridu bil-fors nikkompetu bis-sahha f’dan is-suq. Is-sigriet ta’ dan kollu huwa kompetittivita` u flessibilita`. J’Alla fid-dibattitu twil dwar il-Budget, il-kelliema taz-zewg nahat jitkellmu aktar dwar dan milli jinhlew fit-trikkitrakki politici li lill-pajjiz mhu qed jaghmlulu l-ebda gid.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent