logo

In-nies
Huma hafna l-imhawwdin dwar il-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. U bir-ragun. L-ewwelnett din hi decizjoni mill-iktar importanti. It-tieni, in-nies jafu li din hi decizjoni irriversibbli li torbot lilhom u lil ta’ warajhom ghal zmien fit-tul. It-tielet, in-nies ma tafx ezattament kif ser jintlaqat il-pajjiz. Fuq kollox in-nies ma tafx kif ser tintlaqat hi.


Dan veru ghax m’hawnx informazzjoni bizzejjed? Jien nghid li informazzjoni hawn. Il-problema hi li hafna mill-informazzjoni li qed titwassal mhix korretta. Hafna informazzjoni ohra hi pregudikata ghall-ahhar. U f’hafna kazi l-informaturi qed jaghzlu l-informazzjoni li jaqblilhom jghaddu u jostru informazzjoni ohra. Iva, fejn tidhol l-informazzjoni dwar din il-kwistjoni hekk importanti ghal pajjizna tezisti hafna disonesta’ u fuq kollox hafna injoranza.

L-onest
Tfisser li m’hawnx min hu korrett u onest? Da zgur li hawn. Ha nsemmi tnejn min-nies li lili jimpressjonawni li jafu x’inhuma jghidu u dak li jghidu jghiduh ghax jemmnuh u ghax jemmnu wkoll li huwa korrett: Dr. Joe Borg, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, u l-oppost tieghu Dr. George Vella. Tfisser li l-ohrajn m’humiex onesti? Mhux hekk qed nghid. Pero’ jezistu hafna kelliema li aktar interessati biex l-argument igibuh qrib ta’ dak li qed tghid in-naha taghhom milli jekk ikunux fidili lejn il-verita’. Hawn fejn, nahseb ukoll li hafna mill-gurnalisti tal-PBS qed jaqdu dmirhom. Mhux kollha. Anzi hemm min fanatiku ghan-naha tieghu. Pero’ kollox ma kollox, il-gurnalisti tal-PBS miexja sewwa fic-cirkostanzi ta’ stazzjon li sidu hu l-gvern u fejn il-gvern hu deciz li Malta postha fl-Unjoni Ewropea.

Hawn gurnalisti u kelliema ghall-korpi kostitwiti u ghal ghaqdiet ohra li wkoll huma onesti u qed imexxu l-informazzjoni b’mod sewwa. Izda mhux hafna. B’hekk ukoll in-nies hi mhawwda ghax ma tafx lil min taqbad tisma u lil min taqbad temmen. Naha tghid haga u n-naha l-ohra tghid l-oppost. Naha tghid bicca u n-naha l-ohra, bicca ohra. Jitkellmu nies dwar l-Unjoni Ewropea li la qatt marru Brussell, la qatt ma ppartecipaw f’xi borza ta’ studju dwar l-Unjoni Ewropea u li ghandhom pregudizzji esagerati kontra l-Unjoni Ewropea: aktar jiskru f’euro-bashing milli f’ezercizzju ta’ informazzjoni. In-naha l-ohra, mill-banda l-ohra, ghandha nies li ghax studjaw dwar l-Unjoni Ewropea allura jaraw lil kulhadd bhala injorant.

L-esperti
In-nies li jafu x’inhi Unjoni Ewropea u hadmu fil-qrib ma’ istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, li jifhmu wkoll dwar l-andament ta’ l-ekonomija mondjali u jafu jpoggu l-Unjoni Ewropea f’kuntest aktar wiesgha, huma ftit. Huma ftit ukoll dawk li missu ma’ aspetti differenti ta’ l-ekonomija u l-hajja socjali ta’ pajjizna fuq medda ta’ snin u li ghalhekk kapaci janalizzaw dak li qed ikun negozjat u dak li qed jinghad f’kuntest genwinament Malti. Dawn in-nies ghandhom hafna x’joffru fil-kuntest ta’ dak li qed isir f’pajjizna llum, u ghandu jkollhom il-kuragg li jesprimu l-opinjoni taghhom favur jew kontra. In-nies ghandha bzonn tisma lil nies infurmati sewwa u dan irrispettivament mill-kulur politiku taghhom. Il-politici u l-fanatici taz-zewg partiti biss jahsbu li n-nies kollha kemm huma fl-ahhar ser jiddeciedu biss skond dak li jghid il-partit taghhom.

Jien nahseb li jezistu eluf ta’ Maltin li din id-darba ser jiddeciedu skond li jahsbu huma u li jhossu huma li hu l-ahjar fl-interess tal-pajjiz, tax-xoghol taghhom u tal-familja taghhom, milli skond dak li jghid il-partit li ghalih tradizzjonalment jivvutaw. Ghalhekk ghal hafna Maltin ir-referendum hu mportanti. Din tar-referendum ukoll hi kwistjoni li qed thawwad il-Maltin. Diga mhawdin bizzejjed bid-decizjoni dwar l-Unjoni Ewropea, issa qed ihawwduhom ukoll dwar ir-referendum. Ghalfejn referendum jekk mhux ser jiddeciedi xejn? Mill-banda l-ohra, ghaliex kwistjoni li taqsam il-konfini tal-Partiti ma tkunx deciza b’referendum? Mhux hekk ghamilna fil-passat, fi zmien l-Integration u fi zmien l-Indipendenza? Mhux ser nidhol fil-merti ta’ x’inhuma jghidu l-politici dwar ir-referendum. Nghid biss li n-nies huma mhawwdin u hu obbligu ta’ min imexxi li n-nies jghinhom ikunu cari u mhux ihawwadhom. Hu wkoll l-obbligu ta’ min jaf u jigwida. Mhux sewwa li f’dan iz-zmien hekk importanti ghal pajjizna, hawn min jippreferi jorqod u jastjeni.

Kwistjonijiet
Meta jkun hawn wisq tahwid jew nuqqas ta’ kjarezza, hi s-sistema kollha kemm hi li tbghati u bhalissa s-sistema kollha qed tbghati ghaliex barra l-argument ewlieni dwar l-Unjoni Ewropea li jhawwad tant u tant nies u l-argument dwar ir-referendum hemm ir-ruxmata argumenti ohra li kollha qed jimminaw s-sahha ta’ l-istituzzjonijiet l-aktar importanti tal-pajjiz: kwistjoni ta’ l-Imhallfin, il-kwistjoni tal-Kummissjoni tal-Gustizzja, il-kwistjoni ta’ l-Ombudsman, il-kwistjoni ta’ l-Awtorita’ tax-Xandir, id-deficit pubbliku u d-dejnn nazzjonali, il-kwistjoni tal-Privatizzazzjoni, kollha kwistjonijiet li jaghtu impressjoni globali li ma nafux x’ahna naghmlu. Hawn min jahseb li dan xi pjan intelligenti ta’ xi hadd. Jien ma nemminx dawn it-tipi ta’ teoriji. Anzi pjuttost nghid li huwa frott tal-medjokrita’ tan-nies li bhalissa qed jokkupaw certi pozizzjonijiet. Nuqqas ta’ hila li f’certi kazi tispikka. Dan fi zmien meta Malta ghandha hafna nies f’diversi livelli tas-sistema, kemm pubblika kif ukoll privata, li huma ta’ hila kbira.

Jien immiss ma’ hafna nies. Ghandi ammirazzjoni kbira lejn hafna zghazagh, il-bicca l-kbira minnhom ikwalifikati sew, li jafu xogholhom u li qed iwettqu xoghol tajjeb hafna. U dan fi zmien meta pajjizna ghaddej minn bidliet kbar, qed jinkitbu hafna ligijiet u regolamenti li ser jibqghu hemm ghaz-zmien li gej u li allahares dawn isiru min-nies mhux ippreparati sewwa. Dan ukoll parti mit-tahwid li ghandna ghax qed jinbidlu hafna affarijiet li jolqtu lil hafna nies u n-nies mhix tlahhaq u n-nies mhix tifhem. Min qed jaghmel u jwettaq il-bidliet bilkemm ghandu cans jiccaqlaq, ta’ fuqu jitkellmu u mhux dejjem jafu x’inhuma jghidu, parti mill-gvern tghid haga u parti ohra tghid hag’ohra. Nies milquta mod u ohrajn mod iehor. Informazzjoni dwar punti teknici li jolqtu l-postijiet tax-xoghol tan-nies mill-qrib bilkemm tinghad biex imbaghad fuq il-media nisimghu stejjer u riklami bla sens li jkomplu jhawwdu. L-aghar huma l-hafna telefonati b’informazzjoni hazina, propaganda irhisa, u pregudizzji galor li jithallew jinstemghu fuq ir-radjijiet. Fi zmien li pajjizna jrid jiddeciedi dwar l-aktar kwistjoni importanti mill-1979 ‘l hawn u li tolqot lill-pajjizna ghal generazzjonijiet li gejjin, il-media qed taghti l-ispazju lill-fanatici.

Is-sewwa
In-nies ta’ bonavolonta’ fiz-zewg partit, fil-media u fl-istituzzjonijiet, iridu jaraw li l-fanatici jinzammu lura. Iridu jaraw li min mhux infurmat sewwa ma jithallhiex jersaq il-quddiem. Iridu jaraw li hadd ma jabbuza mill-mezzi taghhom biex ihawwad. Kieku kulhadd jaghmel sforz biex jintrebah it-tahwid u nikkoncentraw aktar fuq il-verita’, kieku nkunu verament patrijottici. Ghax bhalissa mhux li tghaddi taghna l-importanti, izda li jsir is-sewwa. U s-sewwa mhu monopolju ta’ hadd.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent