logo

Strutturi
Min jghid li l-ekonomija Maltija m’ghandiex problemi serji ma jafx x’inhu jghid! Fl-ekonomija Maltija hemm numru ta` zbilanci li ma jistghux jitrangaw mil-lum ghal ghada ghaliex huma kawza tas-sistemi u l-istrutturi li ghandna fl-ekonomija taghna. Dawn huma strutturi li nbnew matul is-snin biex isolvu problemi partikolari li Malta kellha fil-passat. Facli li llum jinbtu nies li joqoghdu jikkritikaw x’gara fil-passat minghajr ma jifhmu sew il-kuntest li fih iddahhlu l-istrutturi u s-sistemi li kellna il-bierah.

 


Protezzjoni
Illum is-sitwazzjoni hi differenti f’haga wahda importanti: il-kompetittivita`. Il-bierah ukoll ridna nikkompetu mal-kumplament tad-dinja, izda kellna wkoll l-ghazla li noholqu strutturi li bihom nipprotegu lill-ekonomija, Maltija biex waqt li konna qed nitghallmu kif inkunu aktar efficenti fil-biedja, fis-sajd, fil-kostruzzjoni, fil-manifattura, fil-catering, fis-servizzi u f’hafna oqsma ohra, ma hallejniex lill-haddiehor jidhlilna f’pajjizna jekk mhux bhala turist. Hloqna regim ta` tariffi, kwoti, dazji u licenzji li jaghmluha difficli biex prodotti barranin jidhlu f’Malta, jekk mhux bhala materja prima jew bzonn.


Illum dan kollu qed jinbidel b’mod mghaggel. Ir-regolamenti tal-kummerc fid-dinja qed jinbidlu u ahna zghar wisq biex inwaqqfu dawn l-izviluppi. Ir-rizultat ta` dan kollu huwa li l-ekonmija Maltija llum hi wahda mill-aktar ekonomiji miftuha ghal dak li jsir fid-dinja. Jekk inharsu lejn il-figuri insibu li 92% ta` dak kollu li ghandna bzonn f’pajjizna – energija, materja prima, prodotti ta` l-ikel, prodotti tal-konsum, prodotti ghall-industrija u l-kummerc, prodotti u servizzi ohra – huma kollha importati. L-ekonomija taghna mbaghad biex tfendi tesporta 89% ta` dak kollu li tipproduci bhala prodotti u servizzi (turizmu, servizzi finanzjarji, tbahhir, avjazzjoni, skambji kummercjali).

Il-Bidla
Dan kollu jfisser illi ma nistghux ahna f’Malta noqghodu nharsu biss lejn dak li jaqbel lilna internament. Ghadna sfortunatament f’pajjizna nahsbu li hemm gvern li ghandu xi hadd warajh li lest biex jghamillu tajjeb jekk ma jkollux mezzi bizzejjed biex ihallas il-kontijiet tieghu. Ghadna nahsbu li hemm industrija li tista` taghbbilha kemm trid spejjez ghax xorta wahda tista` tibqa` tesporta u tikkompeti. Ghadna nahsbu li t-turisti naghmlulhom x’naghmlulhom u nghollulhom kemm ngholluhom il-prezzijiet, jibqghu jigu Malta ghax nahsbu li lilna jqisuna helwin aktar minn haddiehor.

Din il-mentalita` fejn waslitna? Waslitna biex Malta m’hix tindokra bizzejjed il-kompetittivita` taghha fis-swieq internazzjonali. Fil-qasam tat-turizmu, per ezempju, li jiggenera ma` l-40% tal-gid nazzjonali, Malta qed tbghati ferm biex tikkompeti. Inutli li noqghodu nsemmu figuri kontra figuri. Il-fatt jibqa li meta ahna nqabblu l-istruttura taghna ma` dik ta` pajjizi ohra kompetituri taghna, ahna nsibu li qed naqghu lura u mhux naqdfu ‘l quddiem! L-istruttura ta` l-infieq go kull stabbiliment fil-qasam tat-turizmu, illum qed tinqaleb u ssir dejjem aghar. Ghaliex il-Corinthia Group qed jinvesti tant miljuni f’pajjizi godda u mhux qed jinvesti wisq aktar f’Malta? Ir-risposta hija semplici - ghax jaqbel aktar tinvesti f’pajjizi fejn in-nefqa ta` l-investiment originali u n-nefqa kurrenti ta` stabbiliment huma anqas u jaghmlu aktar sens.

F’Malta llum trid tohrog kapitali enormi, esagerati, b’paragun ma` dak li investitur jonfoq f’pajjizi ohra. Imbaghad biex tiftah u tmexxi negozju f’pajjizna, is-sistema burokratika u ta` indhil tkissrek. Meta mbaghad tibda` tiffunzjona, ghandek martirju regolari ta` glied u argumenti ma` l-awtoritajiet u ma kull min imiss mieghek ghax tirrenja l-mentalita` f’pajjizna li l-investitur qieghed hemm biex jerda. Din hi mentalita` li qed teqridna. Vera li hawn il-ftit kapitalisti li jabbuzaw, imma l-abbuziv mhux f’kull qasam jezisti? Li ma nistghux nifhmu izda huwa li dan l-imbierek pajjiz taghna jrid mill-investitur, minn tmexxija manigerjali dejjem aktar efficjenti u minn haddiema dejjem aktar produttivi.

Kompetittivita`
Din hi li tfisser kompetittivita`! Tfisser li l-investitur trid thallilu l-entuzjazmu, l-flessibilita` u l-kapacita` li jaqla` fuq l-investiment tieghu ritorn xieraq. Meta l-investitur ikollu ritorn xieraq, huwa jkollu l-mezzi biex jixtri u jhaddem l-aqwa teknologija biex ikun dejjem pass ‘il quddiem aktar mil-kompetituri tieghu. Ikun jista jibdel u jhaddem sistemi ta` tmexxija dejjem aktar efficjenti. Ikun jista` jharreg u jincentiva lill-impjegati tieghu biex jipproducu aktar u bi prezz orhos.

Kompettivita` ma jfissirx li wiehed jaqbad u jqaccat il-prezzijiet. Hekk qed jigri fil-qasam tat-turizmu din is-sena wara decizjoni zbaltjata li titnehha t-TOSS. Il-lukandiera qed iqacctu l-prezzijiet biex ikunu jistghu jimlew il-lukandi skond il-prezzijiet li qed jaghtuhom l-operaturi tat-turizmu. Meta l-prezz jitqaccat biex ikun jista jinbieghu, dak ma jfissirx li qed issolvi l-problema tal-kompetittivita`! Ifisser biss li l-industrija qed tghabbi lilha nnifisha b’aktar problemi.

Kompetittivita` tfisser illi negozjant ikun irristruttura s-sistema tieghu b’tali mod li b’zieda fl-efficenzja u fil-produttivita`, jkun kapaci jzomm il-prezzijiet li kellu jew li jzidhom b’rata anqas milli qed jizdiedu l-prezzijiet tal-kompetituri tieghu. Kompetittivita` tfisser li l-entrepreneur ikun ha tant vantagg mill-efficjenzi li dahhal, li jkun jista jnaqqas il-prezzijiet u jzid fil-profitti.

Turizmu
Meta entrepreneur inaqqas il-prezzijiet u ma jzidx l-efficjenzi, jkun qed idahhal lilu nnifsu, l-intrapriza tieghu, l-haddiema tieghu u l-fornituri tieghu go inkwiet kbir. L-istorja tal-Priceclub! Facli tnaqqas il-prezzijiet. Trid tara izda bi prezzijiet anqas tibqax tfendi. Meta industrija tkun sfurzata tqaccat il-prezzijiet minghajr ma zzid l-efficjenzi, din tkun fil-fatt qed tizra z-zerriegha tar-ricessjoni. Dan hu li qed jigri fit-turizmu din is-sena. Din hi l-problema kbira li ghandna f’Malta llum. L-industrija tat-turizmu qed tqaccat il-prezzijiet minghajr ma zzid l-efficjenzi. Mhux qed issir aktar kompetittiva. Hija biss kompetittivita` ibbazata fuq efficjenza u produttivita` aktar li taghmel sens. Din hi l-kompetittivita` li trebbahlek is-swieq u thallilek il-profitti biex tibqa` tinvesti u tibqa` kompetittiv.

It-TOSS kienet iddahhlet biex filwaqt li l-lukandiera qed jirristrutturaw, izidu l-efficjenzi, jkattru l-profitti u jkunu jistghu jibqghu jikkompetu konsistentament fis-swieq internazzjonali. Jien ma rajt xejn li jikkonvincini li dan qed isir tant li kien jiggustifika it-tnehhija tat-TOSS. Il-problema fit-turizmu hija l-kompetittivita`. M’ahniex nirbhuha u gew gwaj kbir. Sakemm tintrebah din il-battalja, l-industrija tat-turizmu trid tkun mghejjuna b’xi mod. Ma jistax ikun li l-gvern jibqa jghabbilha t-taxxi u l-pizijiet kollha li jsallbuha, fl-istess hin inehhilha s-sapport li kellha, u l-pajjiz jibqa ma jaghmel xejn biex isolvi l-problemi li qed iwasslu biex l-istrutturi finanzjarji ta` l-istabbilimenti fil-qasam tat-turizmu dejjem sejrin lura.

Sal-lum dawn l-istrutturi inzammu ghaliex il-valur tal-proprjeta` kien dejjem tiela` u dan il-gwadann kapitali kien qed jahbi n-nuqqasijiet ta` l-infieq fl-operat tan-negozji. Is-settur tat-turizmu llum qed jiffaccja r-realta`: l-istrutturi taghna mhumiex kompetittivi. Is-settur ma jistax isolvi din il-problema wahdu. Inutli jinkitbu studji u rapporti. Jekk mhux se nsibu mezz kif innehhu hafna drawwiet u sistemi li ddahhlu matul iz-zmien u l-gvern jaqtaghha li ma jibqax jghabbi aktar pizijiet fuq dan is-settur, nibqghu sejrin lura.

L-MTA
Ic-Chairman tal-Malta Tourism Authority, l-MTA jaghmel sewwa hafna illi isir l-espert tal-kompetittivita` fil-qasam li huwa responsabbli ghalih. Din hi bicca xoghol iebsa hafna. Ic-Chairman tal-MTA irid ikun lest li mhux biss jidentifika xjentifikament x’inhuma l-problemi, z-zoni, u l-istrutturi li qed itellfu z-zieda kontinwa fil-kompetittivita` f’kull qasam li ghandu x’jaqsam mat-turizmu, izda jrid ikun lest li jikkumbatti kontra hafna awtomatizmi li jezistu fis-settur imposti minn ftehim kollettiv, kuntratti, sistemi ta` xiri u sistemi ta` promozzjoni li qeghdin kontinwanment inaqqru l-abilta` ta` min imexxi li jdahhal teknologiji u sistemi godda li jzommu l-investiment fuq livell gholi sew.

Ic-Chairman tal-MTA irid ikun ukoll lest li jikkumbatti lis-settur pubbliku, inkluzi l-awtoritajiet fiskali u monitarji, kif ukoll lill-fornituri importanti bhal ma huma dawk ta` l-energija, ta` l-ilma, tas-servizzi marittimi, ta` l-amjent, ta` l-avjazzjoni u tat-trasport biex dawn ma jibqghux jaghbbu pizijiet godda fuq l-industrija tat-turizmu u jibdew minflok jaraw kif ser izidu l-incentivi. Fl-istess waqt, ic-Chairman tal-MTA irid jimbotta lis-sistema pubblika centrali u lokali, biex il-prodott turistiku Malti jibqa dejjem ta` l-oghla livell: it-telqa, it-tkissir ta` toroq, it-tharbit tal-kampanja, it-telqa tal-postijiet storici, ix-xtajtiet. taghnaIl-glieda tal-kompetittivita` fis-settur tat-turizmu hi kbira mmens. Ghajb jekk nitilfughha.

Industrija
Dawn l-argumenti jghoddu wkoll ghall-industrija. Ic-Chairman il-gdid li se jmexxi l-istituzzjoni l-gdida li ser tghaqqad l-MDC, il-METCO u l-IPSE, irid ikun bniedem ta` kuragg li lest biex jitkellem mal-gvern, ma` l-awtoritajiet kollha, mal-banek u mat-Trade Unions b’sahha. Mhux post ta` min hu ghajjien. Il-battalja ghall-kompetittivita` fl-industrija hija kbira hafna. L-industrija tal-manifattura ghandha problemi kbar. Ir-restructoring mhux qed tahdem bizzejjed u l-pajjiz ser jiffacja gwaj serju jekk il-problemi li ghandna ma nirbhuhomx.

Servizzi
Dan kollu jghodd ukoll ghas-settur tas-servizzi. Ghad ghandna wisq inefficjenzi u pretenzjonijiet zejda li qed joholqu sitwazzjoni fejn il-prezzijiet li l-konsumaturi, kemm il-house-holds kif ukoll is-setturi kummercjali u industrijali, qed ihallsu huma gholjin wisq. L-ufficju ta` l-istatistika ppublika analizi ta` kif il-prezzijiet taghna jikkomparaw ma` ta` pajjizi ohra. Dan l-istudju juri bic-car li ghandna problemi serji. Inutli dak li jkun jahseb li la dejjem hekk hadem, jista jibqa jahdem hekk ghal dejjem. Illum biex tikkompeti fil-qasam tas-servizzi, trasport, negozju, bejgh, distribuzzjoni, importazzjoni u servizzi ingenerali, trid kontinwament tkun aktar efficjenti.

F’dan is-settur ghad ghandna wisq drawwiet u ingranaggi li qed nbaghtu biex nibdluhom. Huma l-konsegwenza ghaliex tant negozji f’dawn l-oqsma qed isibuha tant bi tqila biex ifendu f’suq li qed jickien. Ghax hawn ukoll, hemm wisq nies li jahsbu li d-domanda se tibqa dejjem tikber. Ma jifhmux li jekk id-domanda ghat-turizmu u ghall-esportazzjoni ma tikbirx, id-domanda ghas-servizzi taghhom lanqas ma tikber. Ghalhekk l-efficjenzi jridu jizdiedu fl-oqsma kollha ghax l-ekonomija Maltija katina.

Is-Settur Pubbliku
Is-Settur Pubbliku jibqa l-ikbar qasam f’Malta. Aktar minn 40% ta` dak kollu li jaqla l-pajjiz, il-GDP, jittiekel mill-Gvern. Bil-fors ghalhekk li l-Gvern irid iktar efficjenza fit-thaddim ta` l-infieq pubbliku u fis-servizzi li jaghti lill-industrija u l-kummerc. Il-Gvern ukoll irid ikun aktar kompetittiv. Meta l-Gvern ma jkunx efficjenti, l-piz tieghu isallabna wkoll. Ma jiswa xejn li l-privat jirristruttura jekk tal-Gvern jibqghu ggranfati mas-sistemi tal-bierah.

Dejn Nazzjonjali
X’jigri meta l-battalja tal-kompetittivita` ma nirbhuwiex? Ma jaghlqux il-kontijiet tas-settur privat u ma jaghlqux il-kontijiet tal-Gvern. Jiddejjen aktar il-privat u jiddejjen aktar il-Gvern. Il-buzzieqa kbira ta` dejn li ghandu pajjizna llum gej mill-fatt li m’ahniex insolvu l-problemi kbar li ghandna biex inkunu dejjem aktar kompetittivi. Dejjem nahsbu li hi problema ta haddiehor: tal-Gvern, tas-sidien, ta` min imexxi, tal-haddiema. Kulhadd iwahhal f’haddiehor. Il-problema hi taghna lkoll. Jekk dan is-salib m’ahniex ser nerfghuh, ser inkomplu nitmermru.

Jekk nirbhu l-battalja tal-kompetittivita`, ilkoll inkantaw Vittorja!


 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent