logo

Labour Force Survey
Mill-Labour Force Survey li giet ippublikata l-gimgha l-ohra johrog li n-numru ta` nies jahdmu f’Malta issa huwa ta` 143,885. It-total ta` nies f’eta li jistghu jahdmu hi ta` 318,393 jigifieri 174,508 ta` eta` ta` aktar minn 15-il sena f’Malta ma jahdmux. Dan ifisser li 45.2% biss ta` dawk li kapaci jahdmu qeghdin fil-fatt jaghtu xoghol f’pajjizna. Mit-total kollu ta` nies disponibbli 3.8% kienu jfittxu x-xoghol. Izda 51% huma nies bla xoghol u inattivi. Il-fatti jigifieri juru li 45.2% ta` dawk il-fuq minn 15-il sena qed jahdmu ghall-55% l-ohra. Dan barra it-tfal ta` taht il-15-il sena!

 


Zbilanc
Wiehed hawn malajr jigbed l-ewwel konkluzjoni: dawk li jahdmu, anke jekk huma l-aktar produttivi fid-dinja, ghandhom piz enormi fuq daharhom. Jezisti zbilanc qawwi bejn min jahdem u min ma jahdimx f’pajjizna. B’dak li jaqilghu dawk li jahdmu jridu jsostnu aktar nies mhux attivi milli attivi. Malajr allura wiehed jibda jifhem ukoll x’uhud mill-problemi enormi li ghandna f’pajjizna, kemm dawk ekonomici, kif ukoll dawk socjali. Kif jistghu 45% tan-nies b’eta ta` aktar minn 15-il sena jaqilghu bizzejjed biex izommu l-livell ta` l-ghixien taghhom stess dejjem tiela, u jhallsu wkoll bizzejjed taxxi u kontribuzzjonijiet socjali biex jinzammu l-isptarijiet b’xejn, l-iskejjel u is-servizzi governattivi kollha li jinghataw bla hlas, jithallsu l-pagi kollha tal-haddiema tal-Gvern, jinghataw is-sussidji lill-bdiewa, lis-sajjieda, lit-Tarzna, lil Freeport, llil-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, tinzamm l-Universita` kollha b’xejn, jinbnew progetti godda, u t-toroq jinzammu f’livell tajjeb, ikun indukrat sewwa l-patrimonju nazzjonali, inzommu d-difiza tal-pajjiz u jkunu kumbattuti l-kriminalita`, il-mard u l-abbuzi. Dan kollu meta fl-istess waqt ikunu sostnuti wkoll is-servizzi socjali kollha u s-sistema tal-penzjonijiet taz-zewg terzi. U dan minghajr ma nkomplu nonfhu d-deficit tal-budget tal-pajjiz u minghajr ma nkomplu nisplodu d-dejn nazzjonali.

Meta nisma` lil xi nies jghidu li m’ghandniex problema meta li suppost jafu hafna aktar x’inhuma l-problemi tal-pajjiz, nibda verament nahseb li jew certi nies jghixu fil-qamar jew li s-sens ta` responsabbilta` farfruh ghal kollox. Din li 143,885 ruh iridu jzommu pajjiz b’popolazzjoni adulta ta` 318,393 hi problema li jehtieg tinghata l-importanza li jisthoqqilha!

X’Cans Ghandha Malta
Tfisser allura li m’ghandniex cans? Dazgur li ghandna! Dan izda jekk il-problemi niffacjawhom bis-serjeta` ilkoll kemm ahna Gvern, sidien, haddiema, u s-socjeta` civili ingenerali. L-ewwelnett l-produzzjoni nazzjonali f’termini ekonomici illum ma tiddependix biss mill-produttivita` tan-nies tax-xoghol. Pajjiz jista` jkun sinjur f’rizorsi ohra u dan jaghmel tajjeb ghan-nuqqas ta` nies u ghan-nuqqas ta` produttivita`. Dan izda mhux il-kaz ta` pajjizna. Ir-rikkezza ewlenija ta` pajjizna hi li n-nies tieghu. Mela kull sistema jew arrangament li tohloq sitwazzjoni fejn haddiema jistghu jiskappaw ikunu produtturi, hu ghal kollox inaccettabbli. Zgur li hu att bla sens. Ghalhekk ma jista qatt ikun iggustifikat f’pajjizna li Gvern, haddiema u sidien jaccettaw sitwazzjoni fejn jigi ppremjat l-ghazz u tkun iggustifikata l-hela tar-rizorsi umani taghna, ghax ladarba rridu min-nies u nies bizzejjed bhala proporzjon li jahdmu m’hawnx bizzejjed, ikun ifisser li kull meta xi wiehed mill-143,885 ma jahdimx, jiskarta, jew itellef, l-ohrajn iridu jaghmlu tajjeb ghalih b’zieda mal-174,508 l-ohra li diga mhux qed jikkontribwixxu ekonomikament dawk li jkunu fil-fatt qed jahdmu u jipproducu. Kull wiehed minna jaf li b’postijiet tax-xoghol fejn x’uhud jahdmu u ohrajn jiskartaw. Din hi problema ohra kbira tal-pajjiz. Min hu serju jaf li pajjizna ma jistax jaffordja dan it-telf ta` produttivita` aktar u aktar jekk qed inhallsu ghalih mit-taxxi taghna.

Teknologija Ahjar
Nerga nghid li produzzjoni mhux tal-haddiema biss trid tkun. Pajjiz jehtieg fuq kollox investiment gdid kontinwu u tigdid ta` li ghandu, ghax illum il-qofol tal-produttivita` nazzjonali m’hix biss il-hila u l-produttivita` tal-haddiem izda, fuq kollox il-livell u l-kapacita` teknologika ta` l-apparat u l-makkinarju, kif ukoll il-hila ta` min imexxi u l-kapacita` organizzattiva tal-post tax-xoghol. Illum jista jkollok produttivita` gholja bi ftit li xejn nies. Ghalhekk hu mpoprtanti, f’pajjizna forsi aktar milli f’pajjizi ohra, li nibdlu u nzommu nvestimenti tal-oghla livell f’kull qasam.

Ma nistghux ahna nittolleraw li l-investituri taghna ma jkunux il-hin kollu imhajra, mhegga u sostnuti sewwa mis-sistema kollha biex ikomplu jinvestu u jghollu kontinwament l-livell tat-teknologija u ta` tmexxija imhaddem fil-post tax-xoghol taghhom. Ghalhekk jien dejjem nishaq li r-retorika l-antika ta` haddiema fuq naha, u tas-sidien fuq in-naha l-ohra, f’pajjizna trid tispicca. Din ta` ahna u huma trid tinqata`. Ahna ghandna problema kbira. M’ghandniex nies bizzejjed, bhal proporzjon ta` nies, li lesti biex jahdmu halli wahidhom izommu pajjiz modern bil-livell ta` rikezza li jixraqlu. Din id-deficenza trid tissewwa billi nkunu aktar efficjenti u nhaddmu teknologiji dejjem oghla u management ahjar.

Investiment
Hemm barra m’hemm hadd; la Unjoni Ewropea u l-ebda forza ohra li ser toqghod tibghatilna l-flus biex nghixu sew bla ma nahdmu u nghollu kontinwament il-livell tal-produttivita` taghna. Il-haddiem wahdu, biezel kemm hu biezel, mhux se johloq post tax-xoghol wiehed. Il-Gvern ma jista` qatt jibqa johlom li jonfoq qisu m’hemmx qiegh. Id-dejn nazzjonali ma jistax jibqa jikber bir-rata li qed jikber. It-tragedja ghal pajjizna hi li spiccajna b’tant nies minn kull nazzjonalita` – Korejani, Filippini, Nigerjani, Tunezini, Sirjani, Egizzjani, Jugoslavi, Albanizi, Rumani, Libjani u ohrajn li jahdmu f’pajjizna ufficjalment u anke b’mod illegali meta fl-istess waqt ghandna 12,000 Maltin disponibbli ghax-xoghol u m’ghandhomx xoghol!

Ma nistghux nibqghu f’pajjizna nisimghu lil min irid jinvesti u johloq ix-xoghol igerger u jaqta` nifsu, meta pajjizna jiddependi aktar u aktar mill-investituri privati, kemm il-ftit kbar, u wisq u wisq izjed l-eluf zghar. Zgur li ma nistghux nibqghu sejrin b’din il-hela kollha ta` rizorsi, specjalment fis-settur pubbliku – dak is-settur li flusu jridhom minn fuq l-ohrajn li jahdmu ghall-esportazzjoni u ghall-qliegh minn barra. Irridu bil-fors aktar produttivita`; l-ewwel u qabel kollox tan-nies taghna. Kieku ahna rridu nafu bis-serjeta` norganizzaw il-postijiet tax-xoghol taghna u ma jkollniex bzonn dawn il-barranin kollha li diga hawn f’pajjizna. Hawn la l-haddiema u lanqas min imexxi ma jistghu jahdmu wahidhom. Bil-fors flimkien.

Produttivita`
Il-problema ta` l-immigrazzjoni qed ingibuha b’idejna stess ghax f’pajjizna hloqna wisq fsied. Ta` dan il-fsied qed inhallsu qares u ghada ser ikollna spluzjoni socjali bla qies. Dan kollu ghax fil-bidu tas-seklu 21 ma kellniex il-hila nsolvu l-ftit problemi li ghandna. Jekk wiehed jigbed ‘l hawn u l-iehor ‘l hemm, il-produttivita` u l-organizzazzjoni fil-postijiet tax-xoghol taghna ma tizdied qatt! Bla zieda fil-produzzjoni nazzjonali l-ghawg se jibqa` jikber u nghaddu l-problemi ghall-futur. Irridu zgur fuq kollox hafna aktar investimenti u hajra ghat-tkattir tat-teknologija u ghall-uzu dejjem ahjar tal-facilitajiet li ghandna. Ghandna wisq spazji u facilitajiet bi produzzjoni baxxa jew b’uzu hazin. Meta r-rizorsi taghna ma nuzawhomx sewwa, ma jkollniex cans li nghollu l-produttivita` nazzjonali. Ghandna fuq kollox htiega kbira ta` aktar tahrig u ta` iktar incentivi biex kull min hu kapaci jahdem, jahdem.

Pajjizna jixraqlu ahjar. Jista` jkun ahjar. Izda baqa` hafna u hafna xi jsir!

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent