logo

TOSS
Kienu hafna li kitbuli jew kellmuni wara l-kummenti tieghi dwar id-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf it-Tour Operator Support Scheme (TOSS) u l-impatt hazin li din id-decizjoni kellha u ser tkompli jkollha fuq it-turizmu. Biex inwiegeb ghal mistoqsijiet li saruli u li zgur huma ta` nteress ghall-ohrajn li ma kellmunix, illum ser inkompli fuq dan is-suggett. Ghal min mhux midhla tat-turizmu mhux facli li jifhem l-importanza tat-TOSS u ghaliex l-ekonomija Maltija ser issofri konsegwenzi hziena bit-tnehhija ta` din l-iskema.

 


Kif Tahdem
It-TOSS kienet tahdem billi mhux lakemm l-operatur jghid li baghat it-turisti f’Malta u jaghti r-rata li jkun hallas biex qaleb il-Lira Ingliza ghal Lira Maltija u jippretendi d-differenza minghand il-Gvern Malti bhala sapport biex izomm il-prezz tal-vaganza lit-turisti Inglizi baxxa. It-talba ghall-hlas lura tad-differenza fil-kambju kienet issir wara sottomissjoni kompleta u dettaljata u li seghtet tkun ivverifikata. L-awtoritajiet Maltin kienu jaghmlu tajjeb ukoll li jizguraw li l-hlasijiet li dwarhom kienet issir it-talba, kienu jkunu sostenuti b’ircevuti fiskali li jkunu jistghu jigu verifikati mid-Dipartiment tal-VAT. Interessanti wkoll, li l-mekkanizmu li kien jithaddem biex ikun assigurat li l-hlas tas-sapport mill-Gvern Malti kien isir biss wara li s-suppliers lokali jkunu thallsu. Ghalhekk jien insostni li kienet skema li minnha l-lukandier Malti mhux biss kien igawdi ghax timlielu l-lukanda u mieghu jgawdi kull min jaqla` mit-turisti li jigu Malta, izda wkoll kienet skema li tizgura li l-Malti jithallas fiz-zmien stipulat.

Is-sistema tat-TOSS kellha wkoll mekkanizmu nteressanti li nbena b’esperjenza ta` kif jahdem is-suq tal-vjaggi fil-Mediterran. Il-mekkanizmu kien jizgura li l-pjanijiet u li l-operaturi tat-turizmu kienu jaghtu qabel jaccettaw li jippartecipaw fl-iskema kienu fil-fatt ser jirnexxu. Din kienet tghin lill-awtoritajiet tat-turizmu, kif ukoll lill-awtoritajiet monetarji biex ikunu jafu fejn huma dwar is-suq Ingliz. Ghalhekk jien kont nemmen li aktar milli titnehha kellha tinhadem skema simili ghas-swieq l-ohra barra dak Ingliz fejn ukoll l-operaturi tat-turizmu kellu problema ta` prezz gholi ikkawzata mir-rata tal-kambju tal-Lira Maltija.

FBR
L-iskema tat-TOSS zviluppat mill-bidu bikri tal-Forward Buying Rate (FBR) fl-1985 u giet zviluppata b’mod pjuttost sofistikat wara l-esperjenza kollha li giet akkumulata matul is-snin. M’hemm l-ebda dubju li l-introduzzjoni tal-FBR, u wara tat-TOSS, kienet l-unika mossa vera strategika u ntelligenti li tat spinta immensa lit-turizmu Malti. Zvilupp sostenibbli tat-Turizmu Lokali mhux possibbli jekk is-settur ma jaghmilx profitt. Hu l-profitt li hu l-akbar mutur ghal aktar investiment, kemm fil-bini, f’impjanti, f’tahrig u f’reklamar u zvilupp ta` prodott aktar sofistikat. L-iskema tat-TOSS kienet tintuza biex, mhux biss jigu aktar turisti, izda wkoll biex l-intraprizi Maltin, lukandi u kull min jaghmel mit-turizmu jaghmel profitt.

U ejja ma noqghodux nargumentaw dwar numri u kwalita`. Dan argument tal-klassi tal-iskola biss! Ir-realta` ekonomika ta` pajjizna tiddettalna li waqt li nizguraw li s-settur jaghmel profitt bizzejjed biex jibqa jigbed lejh investiment li jgholli l-kwalita` biex ihajjar dejjem aktar turisti ta` kwalita` jigu Malta, naraw ukoll li l-operaturi tat-turizmu jibqghu jibghatu numru kbir bizzejjed ta` turisti biex is-suq kollu lokali jgawdi. Ghadna lura milli nghidu li f’Malta wasalna f’xi punti krucjali fejn jidhol it-turizmu. Dan hu argument akkademiku. Min imiss mal-hajja tax-xoghol jaf li irridu kemm in-numru kif ukoll it-tkattir kontinwu tal-kwalita`. M’ghandniex ninhlew nargumentaw qisu li wahda teskludi lill-ohra, ghax mhux il-kaz!

Kompetittivita`
Meta kienu ser iwaqqfu l-FBR l-ewwel darba, jien kont ghamilt studju li ghin biex id-decizjoni nbidlet. Dan ghamiltu ghal darba, darbtejn, kull meta kien hemm caqlieqa biex l-FBR titnehha. Meta twaqqfet l-FBR u ddahhlet it-TOSS ukoll kont argumentajt u tlabt spjegazzjoni. Il-Profs Josef Bonnici, li kien il-Ministru responsabbli mit-Turizmu, aktar bhala habib milli f’kapacita` ufficjali, spjegali x’kienet l-intenzjoni u kif kienet ser tahdem is-sistema u kien ukoll fdali d-dettal ta` kif kienet ser topera. Jien bqajt insegwi l-izvilupp u stajt ninnota li t-TOSS kienet qed tigi zviluppata f’sistema pjuttost kumplessa izda b’mekkanizmu li jahdem sewwa u jaghmel sens. Is-sens kien gej mill-fatt li kuntrarjament ghal hafna skemi ohra li kultant jipproponu entitajiet pubblici Maltin b’hafna daqq ta` trombi u li wara jmutu mewta naturali bla ebda rizultati basta jkunu ntefqu somom enormi ta` flus (bhal xi skemi tal-MDC, ETC, tal-IPSE u tal-Banek), is-sistema tat-TOSS kienet ibbazata fuq figuri xjentifici maghrufa. L-ghan taghha kien wiehed u car daqs il-kristall: dak li jzomm lit-turizmu Malti kompetittiv. Dan l-FBR/TOSS kienet taghmlu bl-aktar mod semplici: billi tistudja l-prezzijiet fuq il-brochures ewlenin ta` kemm tiswa` vaganza fil-Mediterran u kienet kontinwament tirranga l-prezzijiet ta` Malta biex dejjem ikollha vantagg kompetittiv. Inbaghti ferm biex xi hadd jikkonvincini li dan ma kienx mod mill-aktar intelligenti kif lil Malta nzommuha mimlija bit-turisti bil-vantaggi enormi li dan ikollu fuq l-ekonomija kollha Maltija. Inbaghti hafna ghalhekk biex inkun konvint li d-decizjoni li tinqatel it-TOSS ma kinitx ghal kollox gennata.

Rizultati
Il-figuri tat-turisti li jigu f’Malta mis-suq Ingliz, kategorija b’kategorija, fuq perjodu differenti ta` vaganzi u fi zminijiet differenti tas-sena, juru b’mod car li t-TOSS kien irnexxiela zzomm is-suq Ingliz milli jitkisser. L-analizi tal-figuri turi bl-aktar mod car kif fiz-zmien li thaddmet it-TOSS, is-suq Ingliz irpilja u ssahhah izda waqa` lura hekk kif tnehhiet. U nerga nghid, sena ohra nkunu nistghu naraw l-impatt car fuq is-suq Ingliz tat-tnehhija tat-TOSS. J’alla dak li qed nistenna ma jigrix. Hadd ma jiehu pjacir jara s-suq Ingliz jitkisser. Sfortunatament izda jekk ix-xejra fit-turizmu kif murija minn studji ippublikati tkompli, Malta minghajr TOSS is-sena d-diehla tkompli ghan-nizla fuq is-suq Ingliz u n-nizla tkun b’rata aktar mghaggla. U nerga nghid ukoll, mhix kwistjoni ta` aktar rekalamar. Biex tbiegh tridhom it-tnejn: l-ghajta u l-prezz. Tghajjat kemm tghajjat, jekk il-prezz ikun hazin ma tbieghx. Aktar u aktar jekk il-kwalita` tal-prodott tkun qed tehzien. Kull min qatt dahal go hanut li jbiegh il-vjaggi u ra lin-nies kif tixtri l-vaganzi jaf li l-prezz hu fundamentali. It-TOSS kienet tizgura li fuq l-aqwa suq ghal Malta, dak Ingliz, Malta kienet konsistentament kompetittiva.

Emorogija
Meta jien dhalt Chairman u Chief Executive Officer tat-Turizmu fl-ahhar ta` l-1984 iggennint meta rajt kif is-suq Ingliz, li naturalment kien aktar importanti proporzjonalment ghal Malta milli hu llum, kien kwazi tkisser. Il-figuri li kelli f’idi kienu tal-genn. Meta l-Ministru ta` dak iz-zmien, Joe Grima, qabbadni nistudja u nitkellem ma` l-operaturi tat-turizmu kollha biex tinstab soluzzjoni u ndawwru r-rotta, l-konkluzjoni tieghi kienet wahda: Malta biex tibqa` kompetittiva u fl-istess waqt izzomm il-munita nazzjonali b’sahhitha bizzejjed biex issostni l-ekonomija Maltija u tevita l-konsegwenzi ta` l-izvalutar tal-Lira u wkoll tizgura li l-operaturi Maltin ikollhom il-qliegh xieraq mehtieg biex l-investiment jibqa` konsistenti, bilfors li riedet thaddem sistema ta` sapport lill-operaturi tat-turizmu.

Id-dhul tal-FBR fl-1985 waqfet l-emorogija tal-bidu tat-tmeninijiet u tat lil Malta gid kbir. Id-dhul tat-TOSS fl-1996 waqqfet it-tmermir tas-suq Ingliz li kien rega beda fil-bidu tad-disghinijiet u rega ta lil Malta spinta gdida ta` gid ekonomiku.

Issa it-tnehhija tat-TOSS fis-sena 2002 ser terga titfghana fil-limbu.

Iz-zmien jaghtina parir!

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent