logo

Xoghol il-Gebla Maltija
Fost in-nies l-aktar li gew ikkalunjati f’Malta f’dawn l-ahhar snin, zgur li fuq nett tal-lista hemm is-sidien tal-barrieri. Tisma` nies li qatt ma nizlu f’barriera u qatt ma tkellmu ma` sid ta` barriera jitkellmu qishom professuri f’dan il-qasam. Taqra rapporti miktuba min-nies li ghax ghandhom degree f’xi qasam tax-xjenza jew l-inginerija allura jahsbu li huma esperti f’kollox, li x’hin taghsarhom wahidhom johorgulek il-mistoqsijiet: imma min qallhom? kif iddeciedewha din? ma` min tkellmu dawn? Ghax jitfasslu strategiji, jinhargu stqarrijiet, jitkellmu Ministri; izda ma` tal-barrieri ma jitkellmux.

 


Il-verita` hi li pajjizna minn dejjem ta` dejjem kellu l-barrieri u ghal eluf ta` snin dawn mhux biss m’ghamlu l-ebda hsara, izda kienu l-bazi tal-holqien tal-ghegubijiet kbar ta` pajjizna; it-tempji neolitici, is-swar, l-ibliet storici ta` pajjizna, bhal tal-Kottonera, tal-Mdina, tal-Belt Valleta, ic-centri urbani taghna f’kull belt u rahal, il-portijiet, l-imhazen, il-knejjes u l-kattidrali, l-palazzi, d-djar tal-Maltin, l-eghluq tal-widien, it-toroq, kull bini civili u kull m`ghandna.

Griehi
L-antik kien jaf kif iqatta`, minn fejn iqatta`, u kif igorr bla hsara ghall-ambjent. Kien jaf ihaffer u jerga jimla. Kien jiddisinja l-bliet, l-irhula, l-palazzi u l-knejjes b’mod illi l-gebla tinqata` u tintuza u l-gerha ma tibqax. Morru dawra ma` Malta u Ghawdex u araw issibux il-gerha li minna nqata` l-blat biex inbniet il-Kottenera, l-Belt Valletta, l-kostruzzjonijiet il-kbar bhal knejjes, teatri, palazzi u blokki ta` bini kbar. Mur fittex il-griehi ta` dak kollu li nbena f’pajjizna sa tletin, ghoxrin sena ilu. Mijiet ta` snin ta` qtugh ta` blat u ta` bini, u griehi fl-ambjent ma kellniex!

Imbaghad wasal il-Malti tal-lum. Waslu l-hafna li jifhmu fl-ippjanar, fil-bini, fl-ingenerija civili u fis-sistemi moderni. Mhux l-inginerija u periti li bnew l-edificji u sebbhu lill-pajjizna u li nitpaxxew niftahru bihom mat-turisti li jzuruhom. Le…Id-disinjatur u l-inginier li bena dak li tela fl-ahhar 30 sena. U waslet wkoll l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Duru dawra ma` Malta u taraw il-griehi li ghandna llum. Meta suppost li sirna bravi fl-ippjanar, issa mlejna lil Malta bil-griehi. U wehlu s-sidien tal-barrieri!

Min Hu Responsabbli
Insaqsi: s-sidien tal-barrieri kienu responsabbli li ta` qabilna qattghu u bnew fuq li bnew minghajr ma hallew griehi? Jew min fassal il-politika ta` l-ippjanar u tal-bini u min kien inkarigat mil-progetti u mill-bini, kien iwettaq strategiji li jaghmlu s-sens. Sens li rrizultqa f’bini sabih, ippjanar ta` bliet li jaghmel sens, u fuq kollox fornitura ta` gebel u zrar li ma kerrhux lill-pajjiz, u politika ta` thaffir u mili ta` hofor u qtugh ta` blat li ma kerrahx l-ambjent. U jekk illum ghandna l-griehi, dawn verament responsabbli ghalihom is-sidien tal-barrieri? Jew responsabbli min ifassal il-politika tal-ippjanar ta` pajjizna, min ifassal l-ibliet u l-irhula taghna, min ifassal u jwettaq ir-regolamenti tal-bini? Is-sid tal-barriera huwa “prime mover” jew jirrispondi ghad-domanda tas-suq? U d-domanda ghal aktar bini ta` djar, ghal aktar bini ta` toroq, ghal aktar bini ta` skejjel, sptarijiet, lukandi, fabbriki, appartamenti u kull xorta ta` xoghol ta` kostruzzjoni, dawn is-sidien tal-barrieri joholquhom, jew bil-maqlub, dawn jirrispondu ghad-domanda li johloq haddiehor? U l-politika li tigwida, thajjar jew tiskoraggixxi x’tip ta` bini jsir, fejn isir, x’materjali jintuzaw, x’gholi ta` bini jkun hawn, x’ammont ta` thaffir u fond isir, min jaghmilhom? Zgur mhux sid il-barriera?

Nahsbu Ftit
Meta l-intelligenti jieqaf u jahseb jinduna li jekk il-kwistjoni kollha tal-griehi li jhallu l-barrieri u jekk l-problema li qed tinholoq bil-Mghatab u bit-tunnellati fuq tunnellati ta` materjal tal-kostruzzjoni mormi trid tinqata`, allura jkun inutli li nibqghu nattakkaw lis-sidien tal-barrieri u nitkellmu fuqhom qishom xi razza ta` nies inferjuri. Dawn huma nies li jahdmu u jistinkaw is-sena kollha, jhaddmu maghhom numru kbir ta` nies li minghajr ix-xoghol taghhom kieku la ghandna bini ta` djar, ta` postijiet tad-divertiment, u lanqas tal-postijiet kollha tax-xoghol li fihom jahdmu l-Maltin l-ohra. Kieku s-sid privat ma ssugrax hiltu, flusu, u f’numru ta` kazi gismu u hajtu, kieku kien ikollu jiftah u jhaddem l-barrieri l-gvern.

Bla Kliem
Issa x’ghamlu u x’inhuma jaghmlu l-awtoritajiet? Nghidha ghax jien forsi l-aktar li nafha: zgur li l-awtoritajiet m’humiex jitkellmu mas-sidien tal-barrieri. Pjanijiet, studji, stqarrijiet ta` Ministru wara Ministru fuq it-TV jghid kif ser isolvu l-problemi tal-Maghtab, izda ma` tal-barrieri ma jitkellmux. Laqghat ta` Bordijiet isiru, izda laqghat ta` tahdidiet serji xejn. Ghalfejn? Anke jghidu li s-sidien tal-barrieri ser jitfghulhom ir-radam u z-zibel fihom. Stabbilew ukoll il-prezz tar-radam li ser jigbrulhom talli jitfghu z-zibel fil-proprjeta` taghhom. Izda mas-sidien tal-barrieri ma jitkellmux!

Immaginaw li xi hadd jghid, “Isma, ghandna problema bir-refugjati u ma nafux x’ser naghmlu bihom, allura ddecidejna li nigu u nehdulek il-kmamar vojta li ghandek f’darek, inpoggu fihom ir-refugjati, imbaghad ingieghluhom ihallsu tant kulljum u meta nigbruhom innaqqsu l-ispejjez taghna u li jifdal naghtuhulkom.” Mhux cara kieku r-risposta: “Jekk ghandek problema bir-refugjati l-ewwel ara li ma jidhlux aktar, u jekk trid takkomodahom, akkomodahom fil-proprjeta` tieghek, u mhux tigi taqbad u timponihom f’dari”.

Hekk zgur li jirragunaw il-Maltin kieku xi hadd jaghmlilhom xi proposti strambi ta` x’irid jaghmel bi hwejjighom. U allura, mhux l-istess ghall-barrieri? Din x’bicca hi li jigi Ministru jghid, “Ara f’Ghawdex ghandhom hafna skart u ma jafux x’ser jaghmlu bih, mela allura ser ingibu z-zibel tal-Ghawdxin f’Malta, inhaltuh maz-zibel tal-Maltin u nehduh fil-barrieri tal-Maltin.” L-ewwel nett il-Ministru jinsa li l-barrieri qeghdin fil-lokalitajiet immexxija minn Kunsilli Lokali eletti. U liema Sindku u Kunsill Lokali f’sensih ser jaccetta li z-zibel tal-Maltin u wkoll tal-Ghawdxin jghaddi mit-toroq tal-lokal tieghu?


Rijabilitazzjoni
Mela hawn xi Sindku li ma jafx li hekk bdiet il-Mghatab u t-tragedja ta` Wied Fulija? Dawn suppost kienu progetti tar-rijabilitazzjoni ta` barrieri u ta` xaghri biex isiru art ghar-raba`. Bdew b’intenzjoni tajba kieku. Izda ara x’gara. Minn mili ta` vojt, saret muntanja. Minn ghelieqi fertili, saru roqa enormi ta` tniggis u gass velenuz. Is-sabiha hi, li meta tal-barrieri thallew wahidhom u ma gennuhomx jigru wara permessi li ma johorgu qatt, il-barrieri kienu jitqattghu kif ghandhom jitqattghu u wara kienu jimtlew u jsiru raba u hadd ma kien jinduna. Duru ma` Malta u Ghawdex ha taraw il-hafna rqajja ta` raba li qabel kienu barrieri. U issa ghax tkellem il-Ministru, lis-sid tal-barriera min ser imur jaqbad u johodha l-proprjeta` tieghu jimlihilhu biz-zibel u r-radam? U dawk kollha li kienu jargumentaw tant kontra r-requisition orders, issa saru favur?

Il-barrieri ser jahtfuhom b’requistion orders? U kif ser timla barrieri li ghadu jsir qtugh minnhom meta llum art ghall-barrieri ma baqghax, u permessi godda qajla johorgu? U l-industrija tal-kostruzzjoni t’ghada x’ser taghmel? Ingibu l-gebel u z-zrar minn barra bhal ma qed jissuggerixxi min m’ghamel l-ebda kalkolu x’effett ser ikollu dan kollu fuq iz-zieda enormi ta` spejjez, li mbaghad ikollna biex nibnu d-djar, toroq u l-htigijiet taghna? U n-nefqa zejda tal-Budget Deficit, il-Ministru minn fejn ser isibhom?

Politika Zbaljata
U dan kollu ghalfejn? Biex nibqghu b’politika ta` bini li ggieghel lil min jibni jqatta` l-isfel kemm jista` akkost li johloq muntanja ta` skart ghax permess biex jibni l-fuq ma jtuhx? Biex nibqghu bil-politika dizastruza li l-gebla Maltija tithalla tintrema ghaliex nibqghu nsostnu li mhux tajba biex nimlew u nibnu biha t-toroq taghna? Biex flok nahsbu f’politika serja ta` konservazzjoni li tohrog minn djalogu haj mas-sidien tal-barrieri u ma` min verament jifhem, nibqghu inwebbsu rasna u nfasslu strategiji li ma jahdmux, imfassla min-nies li ma jifhmux.

Ma baqax pajjiz iehor hlief Malta fejn ix-xoghol tal-Kostruzzjoni jiddependi mill-materjal skavat lokalment li lanqas biss ghandha istituzzjoni kwalifikata bhal ma hu dipartiment ta` Geological Survey u Institute of Quarrying. L-aqwa li nwahhlu fis-sidien tal-barrieri, nweghdu u noholmu.

F’dan il-qasam, jien insostni li ghadna lanqas biss bdejna. Issa meta tassew naxxquha, nistenbhu. Bhal dejjem!

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent