logo

Ekonomija Marida
Kull min hu serju u jaf xi haga dwar l-ekonomija, jaf li Malta ghandha problemi serji. Kull min minna jitkellem car u bla tlaqliq, il-magna propagandistika tal-gvern, tipprova ccekknu. Il-fatt hu izda li l-problemi qeghdin hemm, flok jickienu qed jghin jikbru, u meta jidhru li qed ifiequ fil-fatt ma jkunu ifiequ xejn, ikunu biss naqsu ghal ftit is-sintomi tal-marda.

 




Il-marda ewlenija hi wahda u cara: Malta mhux tipproduci bizzejjed biex tlahhaq ma dak kollu li tehtieg. Min ma jaqlax bizzejjed jiddejjen u jiddejjen. Malta illum qed tghix fuq buzzieqa kbira ta` dejn. Nittamaw li ma tisplodix bhal ma gara fl-Argentina.

Tigbid
Li hu zgur ukoll hu li qed isir hafna tigbid biex is-sitwazzjoni mifqughha ta` dejn twassal sa l-Elezzjoni Generali li jmiss. Minn issa sar-Referendum il-propogandisti jghattu l-hazin anke b’argumenti tat-tfal, filwaqt li jonfhu b’kull mod dak kollu li jidher li hu posittiv. Hi tal-misthija li f’din il-kampanija ta` qerq qed jippartecipaw sezzjonijiet tal-media li suppost huma serji.


Censura
Illum f’pajjizna ghandna censura li twahhax. Mhux ic-censura diretta u stupida ta` gvern totalitarju, izda c-censura ta` sistema ta` gvern fejn jekk iharsu lejk bl-ikrah l-awtoritajiet, maghmula tieghek, ghax tinqata` ‘l barra minn kollox, jiccensurawk, iwarrbuk u f’certi kazi jaslu f’estremita` li lanqas il-bozza tat-triq tieghek ma jibdluklek u jhallulek it-triq kollha toqob. Jien mhux nghid li din hi l-politika tal-kapijiet tal-Gvern Malti, pero`, s-sistema` llum tant hi mizghuda b’nies ta` ftit intelligenza izda li tawhom hafna sahha, li qed iwettqu affarijiet li lis-serju mhux biss jahsduh izda jtellfulu l-fiducja f’pajjizna. Il-Ministri, specjalment dawk intelligenti, ghandhom jaraw li lil dawn il-papri jwarrbuhom minn maghhom.

Fiducji
Din hi l-pjaga l-kbira l-ohra tal-lum: kemm hu vera li l-Maltin ghad ghandhom fiducja f’pajjizna? Jissemmew il-Lm200 miljun li l-Maltin gabru minn barra biex jiffrankaw it-taxxa wara li kienu harguhom jew hallewhom barra bil-mohbi. Hadd ma jaf kif kienu barra, jekk hux flus maqlugha bix-xoghol izda mwarrba biex tkun evitata t-taxxa, jew humiex flus tal-korruzzjoni jew ta` qliegh kriminali. Kollox jista` jkun! Dawn il-flus ingiebu ghax il-gvern ghandu bzonnhom. Inqdew it-tnejn.

Il-gvern qed idahhal il-flus ta` taxxi extra li tant ghandu bzonn bhalissa. L-istess waqt li c-cifri tal-Accounts Nazzjonali qed juru li dehlin flus aktar il-gewwa lejn Malta, dawn il-flus mhux flus li jirriflettu zieda fil-produttivita` nazzjonali jew li juru li Malta saret aktar attrajenti ghal investiment barrani. Izda min jara l-Accounts Nazzjonali jsib li d-dhul ta` investimenti lejn Malta zdiedu u b’hekk ikun jidher li kiber il-Prodott Gross Nazzjonali ta` pajjizna.

Dan illum hu mportanti hafna, specjalment fil-kuntest ta` l-applikazzjoni ta` Malta biex tissieheb fl-Unjoni Ewropea. Il-figuri ta` l-ekonomija nazzjoni huma mportanti hafna f’dan il-kuntest.

Likwidita`
Is-sitwazzjoni fid-dinja finanzjarja tal-llum ghenet ukoll biex nies li kellhom flus f’Bonds barranin sarfuhom fi zmien li l-prezz tal-Bonds kien tajjeb. Meta dawn il-flus ingiebu Malta, rrangaw ukoll zewg problemi ohra li ghandna f’pajjizna llum. L-ewwelnett, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Banek. Sikwit nisimghu bl-eluf ta` miljuni ta` liri li hemm fil-Banek Maltin. Lil min hu ntelligenti dan il-kliem ma jimpressjonah xejn ghax li l-aktar importanti ghal Banek Kummercjali hi l-likwidita` - jigifieri kemm ghandhom flus xi jhaddmu bi qliegh. Din is-sitwazzjoni bid-dhul ta` flus minn barra tintlaqghet pozittivament miz-zewg nahat; min-naha wahda ghax in-nies ikunu qed jaqilghu dejjem aktar u ghalhekk jizdiedu d-depositi; u min-naha l-ohra, meta l-ekonomija tkun sejra tajba u l-Bank ikun jista` jislef aktar u b’aktar qliegh, ikollu wkoll anqas kontijiet li jkorrulu ta` ditti li jfallu u fl-istess waqt jikbru wkoll id-depositi tad-dinja tan-negozju.

Meta l-ekonomija tkun sejra hazin ikunu aktar in-nies u n-negozji li jzidu d-dejn taghhom mal- Banek u jkun hemm inqas minn dawk li jzidu d-depositi. Il-bank ikollu jnaqqas ir-rati tal-imghax meta, fil-fatt ikun irid aktar qliegh u kollox ma` kollox il-Bank jinholqulu problemi ta` likwidita`.

Jigifieri meta l-Maltin igibu l-miljuni lura Malta jpaxxu wkoll lill-Banek. Jidhru li qed ipaxxu wkoll lin-negozji l-kbar li ghandhom problemi ta` likwidita` u meta l-Bank waqfilhom hargu fuq is-suq bil-Bonds - forma ta` dejn iehor, izda minflok mill-banek jiddejnu minghand il-pubbliku.

Inxifna
X’hin taqta` l-flus tal-Maltin li gew lura Malta izda, ftit li xejn issib li hemm progress fic-cifri ta` l-ekonomija Maltija. Mhux hekk biss – qed jigri lill-Gvern dak li qed jigri lill-Banek Maltin. Meta l-ekonomija tkun sejra hazin ihossuha anke l-Banek – u issa mhux biss il-ftit kummentaturi ekonomici Maltin li jitkellmu bla tlaqliq qed jghiduha, imma wkoll il-kummentaturi esperti mondjali. Daqstant iehor, il-gvern imur hazin.

Ic-cifri tal-Gvern juru li d-dhul qed jinxef u l-infieq u d-dejn tilghin ghax hu minn awl id-dinja li l-ewwel il-gvern ghasar u rass lil kulhadd biex gabar illum dak li ma gabrux ta` qabblu fis-snin li ghaddew. Matul dawn l-ahhar ftit snin li ghaddew il-gvern iddandan bil-flus li gabar darba wahda – ghax rass kemm felah biex min kellu jaghti ta. Issa barra l-ftit li baqalu x’jigbor minn tal-bierah, l-gvern ftit baqalu fuq xhiex idur.Ghalhekk issa l-Gvern waqa` f’din in-nixfa: ghax jew bilfors jaqta` bil-kbir n-nefqa pubblika jew izid it-taxxi fuq il-poplu, jew inkella jibqa` jkabbar il-ferita tad-deficit u jkompli jonfoh il-buzzieqa tad-dejn nazzjonali.

It-Taxxi fuq il-Maltin
F’Malta llum mhux facli li l-gvern izid aktar taxxi fuq il-Maltin. Il-Maltin diga huma fost l-aktar intaxxati fl-Ewropa. Kulhadd; haddiema, sidien u min imexxi. Dan jixhduh il-figuri u t-tax compliance rates ta` Malta li llum huma fost l-ghola fid-dinja. Min insista biex il-Maltin jitnixfu minn flushom issa ghandu biex jifrah. Li ntaxxaw lil dawk li qatt ma hallsu taxxa kien pass ghaqli, izda illum tnixxef kulhadd.

It-taxxi li llum qed jigbor minn fuq il-Maltin huma d-doppju li kien idahhal il-gvern sitt snin ilu. Suppost li issa l-gvern kellu jibda jnaqqsilna t-taxxi – hekk qalulna – ser jiehdu minghand min qatt ma hallas biex lil min dejjem hallas jibdew inaqqsulu. Il-pjan kien li sa l-Elezzjoni jibdew inaqqsu t-taxxi wara li jsolvu l-problema tad-deficit. Dan il-pjan izda jidher li sfaxxa.

L-ekonomija
Biex il-gvern inaqqas it-taxxi, l-ekonomija trid tkun sejra tajjeb. Meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, in-nies ikollha aktar flus fil-but, tonfoq aktar, iggemma aktar, tixtri aktar u r-ritmu ekonomiku dejjem jikber. Meta l-affarijiet ikunu sejrin hziena, ic-cirku jahdem bil-maqlub! Il-gvern illum ma jistax izid il-qliegh mit-taxxi meta tant negozji qed jitilfuh. Meta l-bejgh niezel u l-VAT marbuta mal-bejgh. Meta l-importazzjoni niezla u d-dazju marbuta mal-importazzjoni. Meta l-esportazzjoni niezla u z-zieda fil-pagi marbuta ma zieda fl-esportazzjoni u bla zieda fil-pagi m’hemmx zieda fit-taxxi. It-taxxi izzidhom minn fuq in-nies li qed jaqilghu aktar u minn fuq negozji li jaqilghu mhux minn fuq min qed jaqla` anqas kif qed isir illum. Tiftakruha “There’s a hole in the bucket”? Hekk tahdem l-ekonomija.

Issa Ghall-Elezzjoni
In-nefqa kull sena fuq id-dejn nazzjonali dejjem tizdied u n-nefqa pubblika qed tkompli dejjem tesplodi, bil-konsegwenza li d-dejn nazzjonali bhala total qieghed ikompli jikber biex jaghmel tajjeb ghall-Budget Deficit, li dejjem jitwessa. “It’s the economy, stupid!” kienu qalulu lill-president Clinton. Jigifieri hu hsieb l-ekonomija u l-kumplament jigi wahdu. Hu hsieb l-ekonomija u l-problemi l-ohra jsolvu ruhhom.

Pero` issa cara daqs il-kristall: inwasslu sa l-Elezzjoni u wara l-bombi – miskin hu min ikun Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi fis-sena 2004.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent