logo

Barcellona 2002
Il-Gimgha saret laqgha internazzjonali importanti hafna fejn xjentisti, ricerkaturi u attivisti iltaqghu f’Barcellona, Spanja fl-International AIDS Conference. Fl-20 sena li din il-marda giet rikonoxxuta diga mietu 20 miljun ruh. Il-Conferences fuq l-AIDS huma fil-fatt Kunsill tal-Gwerra iktar milli laqghat xjentifici. Din ta` Barcellona kienet l-14 il-Kunsill ta` Gwerra dwar din il-marda qerrieda.

 


Dinja Mifnija
Aktar minn 40 miljun ruh huma infettati bl-HIV, il-virus tal-marda qerrieda AIDS. Kif ghidt, aktar minn 20 miljun, diga mietu. Ma 3 miljun ruh ser imutu fit-12 il-xahar li gejjin. Dan ifisser li 9,000 ruh, mewta kulljum – tlett darbie aktar milli mietu fl-attak fuq il-World Trade Centre f’Settembru li ghadda. Kull jum li jghaddi, 15, 000 ruh ohra qed ikunu infettati. Jekk mhu ser isir xejn bis-serjeta`, dawn kollha jmutu wkoll. L-AIDS hi marda li tahsad lin-nies fl-aqwa ta` hajjithom aktar milli fl-ahhar tax-xjuhija.

Il-bniedem malajr iwiegeb ghall-imwiet u l-hruxija ikkawzati mill-qerda u l-kefrija tal-bnedmin. Hekk gara wara l-hruxija li rajna fl-ex-jugoslavia u wara l-imwiet tat-Twin Towers. Izda meta l-imwiet ikunu ikkawzati minn natura ir-reazzjoni tkun kawta u tiehu fit-tul. Min jemmen li l-bnedmin kollha huma mahluqa indaqs, ghandu wkoll jara lil-bnedmin kollha wkoll ghandu dritt li jghixu u kull mewt li tista` tigi evitata ghandha tkun evitata. L-AIDS qed toqtol tant nies u l-fatti li l-figuri dejjem jikbru, jidher bic-car li azzjoni serja biex tintgheleb din il-marda kiefra ghanha ma ttiehditx.

Lill-Fqar tad-Dinja
L-AIDS toqtol l-aktar fil-pajjizi l-aktar fqar tad-dinja. Il-Gvernijiet tal-pajjizi l-fqar bilfors li jridu jghamlu hafna u hafna aktar biex jeqirdu dan il-mingell kiefer tal-mewt f’pajjizhom. Dinn il-qerda ma tintghelibx billi dawn il-pajjixi jitkarrbu biss ghal aktar ghajnuna minghand is-sinjuri. L-ghajnuna tiswa, izdal-isforz il-kbir irid isir minnnhom. Il-pajjizi sinjuri jridu bilfors jizguraw li l-medicini jaslu lil dawn il-pajjixi bil-prezzijiet li jistghu jaffordjawhom. Pero` mhux kwistjoni biss ta` medicina. Kieku fil-pajjixi li l-aktar li jaffordjaw medicini, l-AIDS inqerdet. Fil-verita` anke f’dawn il-pajjizi l-qerda qed tizdied.

L-Ghar
L-aktar pajjizi infettati llum huma fl-Afrika. F’certi pajjizi sa 30% tal-popolazzjoni hi nfettata, f’x’uhud minnhom anzi lahqet l-40% ta` l-adulti u r-rata dejjem qed tizdied. Biza bhal din li baqa` nies fid-dinja sinjura tal-punent li mhux qed ihabblu rashom, anzi qishom qatghu mill-Afrika. Pero` l-problema hi enormi wkoll fic-Cina, fl-India, fl-Indonisja u fir-Russja. X’ser jaghmlu dawn il-pajjizi sinjuri, jaqtghu jieshom wkoll minnn dawn il-pajjizi? Qiesu jistghu ma jezistux aktar.


Fil-Fond
Fost il-pajjizi mgarrba bil-kbir hemm dawk bl-akbar popolazzjoni fid-dinja. Fl-India biss qisu li hemm 4 miljuni infettati. Fic-Cina hemm aktar. Fl-Indonesja l-prostituzzjoni hi l-karru ta` l-infezzjoni. Fir-Russja it-titqib tad-droga. Fir-Russja jikkalkulaw li hemm 5 miljuni infettati u 4 miljuni minnhom ghandhom l-AIDS. X’uhud minnn dawn il-pajjizi bi tragedja ta` dan il-qies ghadhom lanqas stenbhu ghall-problema enormi li ghandhom u ghat-theddida li qed joffru lid-dinja. Ma jistghux jiggildulha b’determinazzjoni jekk lanqas biss ghadhom ammettew l-kobor tal-ghadu li ghandhom f’nofshom. Din hi wkoll problema mondjali. Ghad hawn wisq pajjizi li qishom jibzghu jammettu li ghandhom problemi u li l-marda qed tirkbilhom proporzjon dejjem ghola tal-proporzjon taghhom.

Fond Mondjali
Dan l-ahhar inholoq Fond Mondjali bil-ghan li din il-marda tkun kumbattuta ahjar. Ghal darb’ohra dan il-Fond jiddependi l-aktar mill-Amerika li hi l-akbar kontributur. Il-USA thallas bhala proporzjon dak li hu dovut minnhom skond il-proporzjoni ta` rikkezza li ghandha b’paragun mal-pajjizi l-ohra imbaghad isegwi l-linja tal-Amerika. Jigifieri jekk l-Amerika toghlli l-proporzjon tal-GDP li titfa fil-fond l-ohrajn jghollu taghhom wkoll. Zgur li biex tintrebah din il-gwerra huma bzonn ta` fondi kbar immens.

Infieq
L-importanti izda li l-infieq isir sewwa. Din hi problema kbira tal-fondi kollha immirata biex isolvu l-problemi li qed tiffacja l-umanita` fil-bidu tat-tielet millenju. Iridi isir hafna u hafna infieq bil-ghaqal specjalment fost it-tfajliet fil-pajjizi l-aktar milquta biex ikun hemm edukazzjoni, l-aktar ekukazzjoni sesswali hafna akbar milli jezisti illum. Irid isir hafna u hafna infieq aktar u b’hafna efficjenza fuq l-istrutturi tas-sahha b’aktar bini ta` klinici, apparat ghat-tobba u l-holqien ta` strutturi biex jitwasslu l-medicini. Irid isir aktar infieq fuq kollox biex tinstab is-soluzzjoni ta` vaccin effettiv. Il-pajjizi l-foqra fuq kollox iridu jaghmlu bhal ma ghamel il-Brazil. Dan il-pajjiz qabez il-kartelli mondjali tal-medicini u beda jixtri medicini b’irhis minn fejn beda jsib. Ma baqghax marbut mal-hafna patients li kien qed izomm il-prezz tal-medicini m’ghola s-smewwiet. Dan waqt li n-neies kienu qed imutu ghax ma kienux jaffordjawhom. Il-Brazil ta ezempju lill-kapitalisti li jiddominaw il-medicini li l-hajja tigi l-ewwel.

Gwerra
Fid-dinja nisimghu b’hafna gwerrer. Isir hafna storbju fuq spluzjoni l’hawn u spluzjoni l’hemm. Wara t-tragedja tat-Twin Towers l-Amerika nefqet il-biljuni bla kontrol biex fethet gwerra lit-terrorizmu. Il-mingel tat-terrorizmu hu kiefer u qerried. Izda hdejn il-mingel tal-AIDS mhu xejn. Id-dinja ghad baqghala flagelli kbar ohra li jeqirdu l-miljuni bhal taberculosis u l-malaria. Izda l-qerda l-kbira hi l-AIDS. Aktar minn nofs l-10, 000 miljun dollaru li kull sena jidhlu fil-Fond Mondjali jmorru fil-gwerra kontra l-AIDS. Xorta wahda l-gwerra m’hiex tintrebah. 3 miljuni qed imutu fis-sena. Il-flus li qed jintefqu mhux bizzejjed ghax din il-figura flok li tonqos qed tizdied. Id-dinja taffordja twarrab aktar flus biex din il-gwerra tintrebah. Iz-zmien hu kontrina. Din hi gwerra li n-nies tad-dinja jridu jirbhu aktar milli l-gvernijiet. Ta` fuq dejjem jehilsuha. L-istess is-sinjur. Huma l-fqar tad-dinja , dawk li jridu minn haddiehor li jlaqtuha l-aktar. Izda marda li ssir pesta jekk ma tintrebahx tirbah hi, fuq kullhadd. Ghalhekk l-urgenza.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent