logo

Politika
Iebsa din, izda l-verita` hi li l-pajjiz jew jimxi fuq politika ta` integrazzjoni ekonomika jew wahda ta disintegrazzjoni. Mhux disintegrazzjoni ghal pjacir. Ma nahsibx li ghandna politici li ser jaghmlu hekk. Izda disintegrazzjoni ekonomika mwettqa ghax ikunu jemmnu li l-konfini nazzjonali m’ghadhomx aktar jaghmlu sens u jkun ahjar li jimmiraw lejn orizzonti akbar. Ha nispjega.





Strategija
Pajjizna, mill-Indipendenza ‘l hawn, imma l-aktar mill-1971 sal-1992, haddem politka ekonomika ibbazata fuq l-integrazzjoni. Malta ghazlet oqsma importanti li fihom setghat tahdem u minnhom setghat l-aktar taqla` flus barranin u l-politika ekonomika tal-gvernijiet Maltin kienet immirat lejn dawn is-setturi. F’dawn is-setturi Malta nhass li ghandna l-vantaggi kollha possibli ekonomici u ghalhekk tajnihom il-vantaggi kollha possibbli skond dak li Malta kienet taffordja. Dawn l-oqsma huma:
 It-tarznari – kemm bini u aktar u aktar tiswija ta` vapuri
 It-turizmu
 Il-Freeport, l-aktar it-transhipment u l-warehousing
 L-ajruport nazzjonali
 L-bunkerins taz-zejt
 Ic-centru finanzjarju
 L-industrija tal-esportazjoni
 U fuq kollox l-kummerc internazzjonali

Ippruvajna wkoll nestendu s-servizzi edukattivi u dawk tas-sahha biex inhajru barranin juzawhom bi qliegh. L-ghan jigifieri kien li fejn il-posizzjoni u l-hila tal-Maltin, flimkien ma` dik ta` l-investituri u managers ta` hila barranin, setghu jintuzaw biex nisfruttaw l-vantaggi ta` Malta bhala gzira f’nofs ta` bahar b’temperaturi tajbin, portijiet fondi, storja u nies ta` hila, dan ghandna ntuh priorita` fil-politika tal-Gvern Malti. Kien ukoll l-ghan ta` din il-politika li meta dawn l-oqsma jaqilghulna l-flus barranin mehtiega biex nixtru l-bzonnijiet taghna minn barra kemm dawk ghall-konsum kif ukoll dawk ghall-industrija u t-turizmu, dawn il-flus kien kemm jista` jkun inzommuhom u nhaddmuhom f’Malta u mill-Maltin. Hekk allura l-biedja u s-sajd kienu protetti biex l-ikel kollu li kapaci nipproducu ahna stess ma jkunx importat. L-istess ir-restoranti u l-hwienet biex il-bidwi, il-haddiema tat-tarzna u tal-fabbriki u l-lukandi flushom jonfquhom ghand il-Maltin.

Ghalhekk kien hawn wkoll protezzjoni shiha fuq il-bicca l-kbira tas-servizzi u kummerc marbut mal-ekonomija lokali. Mhux ghal skop ta` idjologija jew dogma kif sikwiet hawn min jghid, izda ghax gvern, wiehed wara l-iehor, dejjem hass li Malta tkun moqdija ahjar jekk nisfruttaw kemm nifilhu dak li jqallana l-flus barranin u li naraw kif inzommu l-ekonomija maghquda b’politika ta` integrazzjoni ekonomika interna li tizgura li l-flus barranin li jidhlu jibqghu kemm jista` jkun fil-bwiet tal-Maltin.

Liberalizazzjoni
Il-politika ekonomika ibbazata fuq il-liberalizazzjoni ma taccettax din l-istrategija bhala l-perm tal-politika ekonomika nazzjonali. Jien m’inhix nghid li dan hu tajjeb jew li hu hazin, qed nghid dan bhala fatti. Il-politika ta` liberalizazzjoni tghid li meta titlaq il-politika ta` integrazzjoni kull operatur ekonomiku jkun jista` jiftah jew jaghlaq l-intapriza tieghu skond jekk jahsibx jiflahx jew le ghall-isfida ta` kompetizzjoni gejja minn fejn gejja. Strategija ta` liberalizazzjoni ssostni li m’ghandux ikun hemm limitu jekk bicca xoghol issirx mill-Maltin jew mill-barranin jew jekk il-prodott jew servizz ikunx importanti jew hux mahdum mill-Maltin. Din l-istrategija tghid li bil-liberalizazzjoni titnehha s-sonza zejda fl-ekonomija, tizdied il-kompetizzjoni u b’hekk jizdied il-gid. S’intendi l-gid jizdied jekk Malta tkun kompetittiva bizzejjed biex tikkompeti mall-barranin kemm barra minn Malta fis-swieq barranin kif ukoll f’Malta fis-suq Malti. Ghalhekk li l-bazi ta` politika ta` liberalizazzjoni hi l-kompetittivita`. Skond din l-istrategija l-bidwi Malti, is-sid tal-hanut Malti, s-self-employed Malti, garaxx tar-riparazzjoni, produzzjoni, hotel, restaurant, travel agent, shipping agent, nightclub, hu x’inhu n-negozju, irid ifendi s-sena kollha minghajr ghajnuna u bla protezzjoni u lest ghal kull kompetizzjoni. Anke meta jkun jaf li x’hin xi hadd isib prodott irhas jista` jigi jifqaghlu s-suq u jeqirdu.

Disintegrazzjoni
Issa ghaliex allura qed nghid li Malta illum miexja b’politika ekonomika ta` disintegrazzjoni? Ghax f’Malta biex izzomm stabiliment ta` certu qies li jinvolvi certu kapital u meta taf kemm hu limitat is-suq taghna d-dumping jeqirdek. Jekk, biex naghti ezempju, inti ftaht farm kbir tat-trobbija tal-fniek –ghandna numru zghir minnnhom f’Malta li fihom ghaxqa bil-hila u l-organizazzjoni taghhom – tkun trid tfendi s-sena kollha ghax ma tistax tiftah illum u taghlaq ghada u terga tiftah il-pitghada. Trid fuq kollox li meta s-suq ikun tajjeb li ma ssibx min johodulek ghax jekk titlef l-istagun li jkun fih il-qliegh, tkun tlift sena xoghol ghax it-trobbija trid tibqa` ghaddejja. Issa bla protezzjoni jigri li meta jkun l-istagun it-tajjeb, fil-kaz ta` Malta s-sajf, dan ikun il-perijodu li fi Sqallija l-produtturi ma jkollhomx suq u jkunu jridu jbieghu hu x’inhu l-prezz. Malta ghalhekk tkun dumping ground idejali ghall-isqallin. Il-produttur Malti la jitlef s-suq tas-sajf jkun tilef s-sena kollha u ma jkunx jaqbillu jinvesti aktar fuq il-livell tal-llum. Dan ikun ifisser li l-mara tad-dar u r-restaurants minflok fenek Malti jibdew iservu fenek Sqalli. Il-liri li l-espotatur u l-hotelier jgib lejn Malta jergghu johorgu ‘l barra. Dan l-argument li jghodd ghal produzzjoni lokali kollha – majjal, tjur, halib, canga, bajd , hxejjex u frott, tadam, kunserva, artigjanat, sajd u ghal hafna u hafna xoghol iehor. Tfisser li dawn kollha jzarmaw? Le. Allahares. Izda jkunu jridu jfendu mod hafna differenti milli jfendu llum, ghax dejjem hemm lesta d-daqqa tal-mannara. Ghalhekk qed nghid li din hi politika tad-disintegrazzjoni ghax m’hemmx aktar rabta bejn attivita` ekonomika u ohra bla priorita` nazzjonali. Jien ma nahsibx li dan il-punt qed inkun spjegat sewwa. Lanqas ma nahseb li l-gvern bis-serjeta` qed jibni alternattiva li tfendi.

X’ser naghmlu
Allura x’ser naghmlu? Din hi xi haga li l-Maltin iridu jiddeciedu. Il-Gvern iddecieda skond l-istudji li ghandu u skond pariri li qed ituh il-hafna Ministri barranin u Kummissarji li gejjin izuruna, wiehed wara l-iehor, li b’politika immirata lejn is-swieq barranin u mhux aktar lejn il-Malti, li Malta ggib aktar investiment u li jizdied il-gid. Li hu fatt hu, izda li dan s’issa mhux qed jigri. Il-politika ta` disintegrazzjoni s’issa gabet hafna u hafna intraprizi f’xifer ta` falliment; investiment gdid fl-industrija tal-manifattura mhux qed isir; fit-turizmu ahna l-aktar pajjiz li tlifna fil-kompetittivita` meta mqabbla ma kompetituri kbar taghna bhal Spanja, l-gzejjer Ballerici, it-Tunizija, it-Turkija, il-Kroazja, il-Grecja ul-Egittu; fl-gholi tal-hajja ahna waqajna lura meta mqabbla ma kompetituri bhal Cipru, Italja, Portugal, Tunezija, Grecja u Spanja; fit-Tarzna qed nitilfu suq wiehed wara l-iehor; l-Enemalta li kienet taqla` mill-bankerins illum qed titlef; is-settur pubbliku suppost li sar aktar efficjenti izda illum qed jonfoq dejjem aktar.

Suppost li l-liberalizazzjoni gabitlna aktar efficjenza, aktar kompetizzjoni u rohs. Suppost li sirna aktar kompetittivi fid-dinja. Ir-rizultat izda juri li fejn ghandna suppost li sirna hfief u kompetittivi halli nzidu l-ordnijiet fil-fatt sejrin lura: sejrin lura fl-esportazzjoni; sejrin lura fit-turizmu u sejrin lura fit-tarznari u fil-Freeport u fic-centru finanzjarju.

Mela qed immermru s-suq intern u l-operaturi fuq is-suq Malti u qed nitmermru wkoll fis-suq internazzjonali. Din is-sitwazzjoni ma tistax tkompli. Ghalhekk hemm bzonn ta` decizjoni bikrija. Ma nistghux nibqghu hekk.


 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent