logo


 



Pat Cox
Ftit huma dawk , hu x’inhu l-kulur politiku taghhom, li ma jammettux li Malta hi marida. Meta smajt lil Pat Cox, President tal-Parlament Ewropej jghid kemm kienet marida l-Irlanda qabel ma dahlet fl-Unjoni Ewropea, tbissimt ghax dan hu paragun li jghodd ghal Malta illum. Li ma kienx jghodd hu l-paragun tal-Irlanda mill-indipendenza taghha fl-1922 sa ma dahlet fl-Ewropa Maghquda. Pat Cox irrefera ghall-Irlanda bhala l-pajjiz fi stat ta’ neokolonjalizmu, ghal kollox dipendenti fuq l-Ingilterra u b’ekonomija daghjfa, qaghad gholi u b’investiment baxx. Irrefera ghal Irlanda bhala pajjiz fi stat permanenti ta’ stagnar. Dan meta l-Irlanda indipendenti kienet immexxija mill-Irlandizi wahedhom, rajhom f’idejhom.




Dan il-paragun ghal Malta ma jghoddx. Malta ilha sa mill-1979 ma tkun b’xi mod fi stat ta’ neokolonjalizmu. Malta rajha f’idejha marret tajjeb. Qatt fl-istorja ta’ Malta, l-Maltin ma kienu tant komdi f’pajjizhom daqs kemm ilhom minn meta hadu rajhom f’idejhom. Dan hu fatt li ma jista’ jinnegah hadd. Malta hlief ghas-sena l-ohra, prattikament dejjem irnexxiela tkabbar il-prodott gross nazzjonali taghha u meta l-pajjiz sofra rati ta’ qaghad qawwija, dan gara waqt li kien qed jinghalaq l-bazi militari Ingliza f’Malta, u f’perjodu meta d-dinja ta’ madwarna kienet f’ricessjoni u f’pajjizna infligna fi glied politiku intern li kien qed jiflina. Bhala ekonomija izda Malta issa mill-Indipendenza ‘l hawn imdorrija b’perjodu twil ta’ tkattir ekonomiku fejn il-gid kien qed jikber u jinhass u l-poplu Malti kien qed ihossu.

Ristruttura
L-istramberija hi li Malta qiesu li bdiet ghan-nizla hekk kif bdiet taqdef lejn l-Ewropa. Jien ma nghidx li hemm rabta ma dan. Ghax effettivament li tipprepara ghal Ewropa jfisser li tirristruttura l-ekonomija biex din tkun aktar libera li tikkompeti fi swieq mondjali. Ma naqbel xejn ma dawk li jghidu li ghax tilliberaliza taqa’ lura. Ekonomikament dan mhux veru. Izda l-verita’ hi li l-ekonomija f’dawn l-ahhar snin bdiet miexja bir-reverse u r-ristruttura ekonomika ftit li xejn qed tirnexxi. Jidher jigifieri li l-ekonomija mhux qed tkun amministrata sewwa u qed jehel il-process tal-liberalizazzjoni ghall-istaggnar dovut ghall-amministrazzjoni hazina tal-ekonomija.

Fejn ir-ristrutturar qed jahdem qed tahdem bl-isforz tal-privat fejn il-proprjetarji raw l-opportunitajiet u investew bil-kbir bhal ma ghamlu tal-ST Microelectronics, tad-Dowty u tan-Denim. Hemm numru iehor ta’ industriji li wkoll, bla daqq ta’ trombi, irristrutturaw u qed jaqdfu ‘il quddiem. Sar ukoll hafna ristrutturar u ri-investment fis-settur tat-turizmu u fis-setturi finanzjarji u kummercjali. Izda kwazi xejn min dan kollu ma sar minhabba d-dhul ta’ xi regolamenti godda. Dawn huma settur fejn is-sidien ma qaghdux jistennew lill-gvern jiccaqlaq. L-istandards ghollew bla htiega ta’ ligijiet ghax is-suq taghhom hekk instighom li jaghmlu. Fis-settur tat-turizmu l-assistenzi governattivi ma jezistux u l-ligijiet huma prattikament li huma. F’dan is-settur l-isforzi huma kwazi kollha tal-privat. Fis-settur kummercjali l-istess. L-investimenti l-godda zgur li ma kienux instigati min xi IPSE jew xi METCO jew xi MDC. L-istess ghal investiment il-gdid li sar f’dawn l-ahhar snin fis-settur tal-kostruzzjoni u tas-servizzi. L-investiment hu kollu privat u sar bla ghajnuna ta’ hadd. Jigifieri l-ekonomija Maltija zammet ritmu qawwi ta’ zvilupp bla ghajnuna. Dan waqt li kienu qed jiddahhlu hafna tibdiliet fil-pajjiz. Is-settur privat zamm ir-ritmu tal-investiment ghal hafna snin u baqa’ jzied l-impjiegi anke kontra t-tfixkiel.

Min waqqana lura
Li waqqa’ l-ekonomija tal-pajjiz lura hu s-settur pubbliku. In-nefqa pubblika baqghet tikber. Biex il-gvern ilahhaq man-nefqa beda dejjem jghabbi aktar pizijiet u taxxi u jissikka fuq min m’ghandux inaffar – fuq l-investituri u fuq is-settur privat. Ir-ristrutturar li hadmet fil-pajjiz hi r-ristrutturar tas-settur privat. Mhux vera li r-ristrutturar f’Malta u “public sector led” kif imorru jghidu fi Brussels. Il-privat mexxa wahdu “in spite of them”. Baqa’ hafna u hafna xi jsir fil-privat, izda bidla saret u saret bidla li swiet il-miljuni kbar ta’ liri.

Izda l-gvern x’ghamel? Kemm bis-serjeta’ irristruttura s-settur pubbliku biex dan ikattar il-produttivita’, jsir anqas dipendenti fuq is-sussidji u fuq id-deficit finanazjarju u jillibera r-rizorsi biex dawn jithaddmu b’aktar profitabilita’ band’ohra? Dan hu settur li jekk Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea ser ikollu bilfors jirristruttura bil-kbir u b’pass mghaggel u that id-direzzjoni tla-penalitajiet imposti minn Brussels.

Sar, mhux ma sarx bdiel fis-settur pubbliku. Jekk wiehed ihares lejn ic-Civil illum zgur li jara hafna tibdiel. Il-mistoqsija hi kemm minn dan it-tibdeil kien cost-effective. Kemm mill-positjiet kollha li nholqu, l-Awtoritajiet kollha li twaqqfu, l-istudji kollha li saru, u l-investimenti kollha li saru f’apparat, kien fil-fatt ippjanat b’sens ta’ entrepreneurship? Kemm minnu sar b’fantasia u mhux bi xjenza?

Il-Gwaj li jmarrad
Dan hu paragun li jrid isir ma l-Irlanda. Il-bidla kbira li rat l-Irlanda ma kinitx meta dahhlet fl-Unjoni Ewropea. Fl-ewwel 10 snin tas-shubija infatti l-Irlanda tkarkar baqghet. L-Irlanda ingabret meta identifikat il-mard li kellha: dipendenza fuq suq wiehed, tahrig tan-nies tax-xoghol fjakk; settur pubbliku kbir u ma jrendiex; deficit pubblici li dejjem jikbru, nefqa pubblika iddettata minn nies li mohhhom biex jibqghu komdi huma u ma jimpurtahhomx mill-impatt ekonomiku ta’ dan il-pajjiz kollu; abbuzi mis-sistema tal-welfare; nuqqas kbir ta’ investiment; qaghad mghola s-smewwiet li baqa’ wkoll f’livelli gholjin sa 20 sena wara li l-Irlanda dahlet fl-Unjoni Erwopea; riservi nazzjonali dejjem nizlin; inflazzjoni qawwija u lira Irlandiza b’valur dejjem jitmermer. Dan il-mard kollu gab l-Irlanda fi gwaj kbir. Gwaj li waqghet fih l-Irlanda minhabba amministrazzjoni hazina tal-ekonomija Irlandiza mill-gvernijiet Irlandizi li aktar kien mohhhom f’li jithabbu milli jamministraw sewwa.

Kienu hawn li t-Trade Unions u l-Employers Associations stembhu u ghamlu Patt Nazzjonali mal-gvern biex flimkien ifejqu lill-pajjizhom. Meta ftehmu bejniethom, l-Unjoni Ewropea sabuha warajhom. Mhux l-Ewropa qajmithom. L-Irlandizi stembhu b’tisbita. Dawru r-rotta huma u s-sistemi tal-Unjoni Ewropea sabuhom ta’ ghajnuna kbira. Is-sidien u l-haddiema flimkien zguraw li l-vantagg ta’ suq wiehed kbir ewropej li fethilhom quddiemhom l-Kummissjoni Ewropea jitgawda. Jitgawda wara li f’sagrificcji kbar u b’ristrutturar bis-serjeta’ l-Irlanda saret kompetittiva. Meta saret kompetittiva, gawdiet bil-kbir mill-fondi tal-Unjoni Ewropea ghat-tahrig, ghar-ristrutturar, ghall-izvilupp ta’ kull qasam industrijali, agrikoltura, sajd u turizmu. Pat Cox u l-Irlandizi jaghmlu sew li llum jiftahru u jkunu kburin bl-investiment li gabu lejn pajjizhom, l-aktar mill-Amerika u wkoll mill-Asja biex ippenetraw bil-kbir fis-swieq ewropej u mondjali. Tajba l-lezzjoni tal-Irlanda ghaliex il-Maltin mela le, izda mhux kif ikwadra Pat Cox.

Pjan ta’ salvazzjoni nazzjonali
Il-paragun ma’ Malta jkun jista’ jsir biss meta Malta wkoll tirrikonoxxi l-mard li ghandha u l-partijiet socjali kollha – gvern, sidien, haddiema u socjeta’ civili - jfasslu u jintrabbtu ma Pjan ta’ Salvazzjoni Nazzjonali. Flimkien imbaghad niddeciedu xi jrid isir u hux ahjar li l-pjan inhaddmuh bl-ghajnuna ta’ fondi li jistghu jigu wara shubija fl-Unjoni Ewropea jew jekk hux mod iehor. L-ghazla dwar l-Ewropa ghandha tkun l-ghazla ta’ liema hi l-ahjar ghodda biex il-Pjan ta’ Salvazzjoni jirnexxi. Izda biex naqblu fuq Pjan u wara fuq l-ghodda biex twettqu, irridu l-ewwelnett naqblu li Malta marida.

Ir-radd tas-salib hu li l-kbarat ta’ dan il-pajjiz jammettu li Malta ghandha bzonn Pjan ta’ Salvazzjoni. Mhux Pjan ta’ Zvilupp biex nidhlu fl-Unjoni Ewropea bhal ma qed ifassal il-gvern. Izda dokument serju maqbul bejn kulhadd. Fuq dan haqqu qed jahdem il-President ta’ Malta la l-gvern qiesu mhux konvint. Kemm hi marida Malta jixhduh il-figuri. Kemm ahna b’sahhitna li bla bidliet serji nfiequ wahedna jixhduh ukoll il-fatti.

Produzzjoni Nazzjonali
Il-fatti huma li Malta m’hiex tikkompeti bizzejjed fl-oqsma l-aktar importanti li jsostnu l-ekonomija taghna llum – industrija, turizmu, tarznari, freeport, settur finanzjarju, kummerc, biedja – u dan ghaliex? Ghaliex hafna mir-rizorsi limitati li ghandna huma maqbuda f’xoghol li ma jrendiex. Biex insostnu l-ineficenzi qed incahhdu l-efficenti milli jkollhom l-fondi u r-rizorsi biex nespandu. Ghalhekk din il-krizi kollha ta’ eluf ta’ negozji xotti mill-kapital. Qed nghabbu lill-pajjiz b’pizjiet li biex insostnuhom qed ikollna niddejnu dejjem aktar. B’dejn u b’infieq mhux mahsub il-pjaga dejjem miftuha. Ir-rizultat hu li fondi bizzejjed biex niehdu hsieb lill-pajjizna m’ghandniex. Ghalhekk tant toroq imkissrin; problemi tal-maghtab u tal-ambjent ma nsolvuhomx; ghalhekk il-problemi tal-isptarijiet; tal-iskejjel; tal-penzjonijiet u t-telqa generali fil-pajjiz kollu. Ghax meta l-mutur ekonomiku mhux f’siktu m’hemmx x’jaghmel tajjeb biex il-pajjiz jintrefa’.

Jekk pajjizna ma jintrefax fid-dehra generali tieghu jkun inutli li nonfqu l-miljuni fi propoganda turistika. U t-turizmu hu l-akbar industrija li ghandna – the goose that lays the golden eggs – kif jghidu l-Inglizi. Malta biex tfieq trid bilfors issir aktar kompetittiva u tgholli bil-kbir l-produttivita’ nazzjonali taghha. M’hemmx triq ohra.

Malta marida? U kemm hi marida? Inharsu madwarna ghar-risposta. Tista’ titfejjaq? Dan zgur li tista’. Min ser ifejjaqha?

Ahna u hadd aktar.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent