logo


ProtezzjoniFl-Unjoni Ewropea ftit jezistu ligijiet li jipprotegu lis-self employed. Pero’ t-tendeza llum hi li l-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet tal-pajjizi msiehba jiehdu bis-serjeta’ t-twettieq ta’ programmi li jagevolaw lis-self employed u lin-negozji z-zghar. Bhal ma gara f’Malta f’dawn l-ahhar snin, kulhadd dahhal f’halqu l-kelma SME – Small and Medium Enterprises – u SME tiela u SME niezla. Izda hafna paroli u fatti baqa’ ma sar kwazi xejn. Bhal f’Malta. Paroli tal-Ministri kkoncernati u tal-istituzzjonijiet imhallsa bi flus pubblici, izda fatti ftit li xejn.


 




Issa l-folja donna li qed tinbidel u l-intraprizi zghar u self employed ewropej saru aktar mportanti. Il-Prim Ministri tal-Ewropa maghquda f’Lisbona f’Gunju tas-sena 2000 halfu li jtellghu lill-UE u l-pajjizi membri taghha fil-quccata tal-lista tar-regjuni bl-aktar rata ta’ zvilupp mghaggel fid-dinja. Il-Prim Ministri identifikaw numru ta’ azzjonijiet li riedu jiehdu biex jaslu ghal dan il-ghan. S’intendi biex jiddentifikaw l-ghodod li jridu jhaddmu biex jilhqu l-ghan taghhom bilfors li riedu jharsu lejn l-USA. L-Amerika hi l-pilastru ewlieni tal-ekonomiji imhaddma fuq il-principji tas-suq hieles.

Principji Ekonomici
Il-Prim Ministru taghna, Dr. Eddie Fenech Adami, jhobb jirrepeti ghall-widnejn tal-Maltin li fl-ekonomija jifhmu ftit li xejn, t-teoriji tieghu ta’ “social market economy”. Din m’hi teorija ekonomika xejn: din hi slogan politiku u xejn aktar. Il-verita’ hi li l-principji tal-ekonomija huma dawk li huma u bazikament huma dawk li elenka l-fundatur tal-kitba ekonomika l-illustri Adam Smith: is-suq isuq; fejn m’hemmx domandi ghall-prodott u ghas-servizz m’hemmx xoghol; l-incentiva tas-suq tigbed l-investiment; il-prezz jinzamm aktar m’hemm kompetizzjoni; ineficjenza fl-uzu ta’ kapitali, art u nies tax-xoghol ixekkel l-izvilupp ekonomiku; kull restrizzjoni lid-domanda tohloq inficjenza fl-uzu tar-rizorsi ekonomici. Is-suq hieles johloq il-gid li minnu jgawdi kulhadd.

L-operaturi socjali fasslu diversi skemi biex mill-gid nazzjonali jitwarrab bizzejjed biex ma jbaghti hadd. L-ekonomija tohloq il-gid anqas ma tixxekkel. L-operaturi socjali jkollhom aktar xi jqassmu u jferxu aktar ma jinholoq gid. Bl-iskuza tas-social market economy sar hafna indhil zejjed li xekkel u fixkel biex fl-ahhar spiccajna f’hafna deficits u b’fondi tal-penzjonijiet fallutti u settur pubbliku mifqugh bl-ineficenza. Kif gara f’pajjizna. Sfortunatament li gara matul is-snin f’hafna pajjizi, l-aktar f’dawk ewropej, hu li hafna skemi socjali ghabbew wisq fuq l-efficjenza u l-hila tal-pajjizi li joholqu aktar gid. Dan bil-konsegwenza li l-qaghad tela’ f’livelli gholja u baqa’ hekk qiesu ma jistax jinzel. Nholoq il-fenomenu tal-immigrazzjoni tal-massa lejn il-pajjizi Ewropej u r-regjun ekonomiku Ewropew waqa’ lura fil-kompetizzjoni ma’ regjuni ohra l-aktar mal-Asja u mal-USA u l-Kanada.

Ristruttura
Issa l-Unjoni Ewropea qed tipprova tinqala’ billi tirrikonoxxi li l-entrepreneur z-zghir biex flok tfixklu, tghinu jikber u jkabbar lil kulhadd mieghu. Issa l-Ewropej qed jirristrutturaw il-policies taghhom biex liz-zghar ituhom spinta. Izda bi Brussels issir rapidament l-akbar burokrazija fid-dinja hekk kif waqghet l-burokrazija tal-Unjoni Sovjetika, l-Ewropa Maghquda qed issibha ferm bi tqila biex thaddem skemi li jitfasslu minn burokratici li ftit li xejn jafu kif jahdmu n-negozji z-zghar. Liz-zghazagh Maltin li jintbaghtu fil-kuleggi ewropej, l-aktar fi Brussels, biex jistudjaw l-istrutturi ewropej, dawn l-iskemi jimpressjonawhom. F’Malta illum ghandna numru gmielu minn dawn iz-zghazagh. Zghazagh bravi u li jafu l-ligijiet, d-direttivi u l-iskemi li tghallmu sewwa dwarhom fl-iskola ta’ Brussels. Hawn numru gmielu ta’ dawn il-gradwati zghazagh kapitanati minn Dr. Simon Busuttil tal-MIC u min Dr. Saviour Falzon tal-EU Directorate. Zghazagh li qed jersqu lejn il-kwistjoni kollha ewropeja b’entuzjazmu u b’knowledge superjuri ghal dak li jippossjedu hafna minn dawk attivi fil-politika u fil-media li jitkellmu fuq l-Ewropa b’tgharif ta’ natura generali biss u hafna drabi mghobbi wkoll b’hafna pregudizzju.

Burokratici
Meta l-kelliema ghall-Unjoni Ewropea jirrepetu l-hin kollu x’hemm miktub biss minghajr ma jghidu jekk fil-prattika dak li hemm miktub isirx, jitilfu mill-kredibilita’. Ghax fil-verita’ kemm minn dawn l-iskemi u mill-biljuni kbar ta’ Euros li huma ivvutati ghalihom mill-Kummissjoni Ewropea qed jirnexxu u kemm fil-verita’ l-ekonomiji Ewropej qed igawdu minnhom? Il-burokratici Ewropej li s’issa iltqajt maghhom u hafna miz-zghazagh specjalisti taghhom jimpressjonawni l-aktar bl-abilita’ taghhom li jahsbu li ghax fassluha mela l-skema ser tahdem. Il-burokratici Ewropej mhux differenti mill-burokratici ohra fid-dinja kollha. Malta ghandha hafna minnhom u dejjem jizdiedu. Ifasslu wahedhom, jiddeciedu, jonfqu l-flus tat-tax payers, jaghmlu hafna projections u weghdi. Wara certu zmien jintesa kollox. U meta jidfnu l-iskema li snin qabel tkun thabbret b’hafna daqq ta’ trombi, hadd ma jipprezenta l-kont ta’ tberbieq. Ghax il-flus li jkunu nhlew ikunu tat-tax payer, hadd ma jbghati l-konsegwenzi tal-falliment. L-ebda konsulent li jkun dahhal il-belli liri ma jkun akkuzat li neffaq il-flus fix-xejn. Xejn. L-Ewropa llum mimlija b’dawn l-istejjer. F’laqghat barra minn Malta niltaqa’ mar-rapprezentanti tan-negozji z-zghar ta’ pajjizi ohra u nixba nisma’ stejjer ta’ hela, ineficjenza u holm dwar skemi li jithabbru b’tant storbju.

L-intraprizi z-zghar
Fil-pajjizi tal-Ewropa wara snin jitkellmu dwar l-SME’s issa qed jghatu aktar importanza liz-zghar, lil dawk li jghidulhom micro enterprises. Dawn huma n-negozji mahluqa u mhaddma mis-self employed. Illum il-gvernijiet ewropej jirbhu l-punti f’ghajnejn il-kbarat ta’ Brussels aktar ma joholqu u jhaddmu skemi li jagevolaw lis-self employed. Anke l-pajjizi applikanti jridu juru li z-zghar qed jagevolawhom. Anke Malta dahhlet f’din il-loghba. Kieku tikkalkula biss fuq dak li hemm imfassal tista’ tghid li s-self employed fl-ewropa maghquda qieghed fuq wicc l-idejn. Fl-Amerika hekk sar bil-fatti u r-rizultat kien tajjeb hafna. Fl-Amerika liz-zghar agevolwahom bl-aktar mod effettiv. Lil dawk li ma jhaddmux aktar minn 50 ruh prattikament hallewhom hielsa. La jbamblulhom hafna burokrazija u lanqas jsallbuhom b’hafna taxxi. Hafna regolamentazzjoni li jimponu fuq kumpaniji u intraprizi ikbar, ghaz-zghar ma jghoddux. Ir-responsabbilita’ hi tal-imprenditur iz-zghir u li jaqla’ effettivament ghalih. L-amministrazzjoni tipprovdi skemi ta’ assistenza u ghajnuna finanzjarja u l-banek huma obligati li jghinu liz-zghar. L-enfazi izda hi li l-inzjattiva privata ma ixxekkiliex u thalliha timxi u tikber.

Is-self employed f’pajjizna
Fl-Ewropa maghquda issa wkoll qed jinbidlu l-attitudni u jitfasslu skemi aktar attrajenti. Qed ikun inkoraggut it-tnehhija tal-burokrazija zejda u l-pizijiet ta’ taxxi. Ic-Charter Ewropew tan-Negozji z-Zghar qed isir sforz kbir biex ikun implimentat. Biss s’issa aktar paroli milli fatti. Meta nisma’ l-burokratici Ewropej kollha jitkellmu l-istess: kollox ward u zahar, progetti sbieh u hafna successi. Meta nitkellmu mat-Taljani, l-aktar mal-Isqallin, mal-Griegi, ma’ l-Ispanjoli u mal-Portugizi, jghidulna li l-bicca l-kbira nett tal-intraprizi z-zghar m’ghandhom l-ebda ideja ta’ dawn l-iskemi. Min izur Sqallija, spiss, u fuq numru ta’ snin, jaf li ghal kemm Sqallija ilha fl-Unjoni Ewropea sal-1957, Sqallija prattikament dejjem li kienet baqghet. L-iskemi Ewropej bil-kemm resqu lejhom. L-istess il-Griegi u l-istess il-Portugizi. Mhux bilfors tort li l-iskemi mhux tajbin. Jista’ jkun li l-gvernijiet mhux armati biz-zejjed biex ihaddmuhom. Ma nafx. Li naf hu li jithaddmu l-aghar ghall-intraprizi bhal Griegi, l-Portugizi u l-Isqallin milli bhal Germanizi, Danizi u Zvedizi. Meta nitkellem mal-leaders tal-intrapriza z-zghira Svediza ingib ghajneja wara widneja bl-istejjer ta’ burokrazija zejda, hela ta’ flus u pizijiet fuq z-zghar li jifnuhom, li jibdew jghiduli. Jigifieri ma nghaglux naqbdu u niggudikaw li la hemm skemi mela kollox orrajt.

Ghaliex qed nghid dan? Ghax f’Malta dalwaqt tibda x-xalata ta’ stejjer u paroli ta’ kemm imorru tajjeb is-self employed f’Malta fl-Unjoni Ewropea. Jien ma ndoqx id-diska ta’ kemm ser imorru hazin, din id-diska jdoqqha haddiehor. Pero’ ma ninxtarax malajr bil-kliem fierah. Allura l-Ewropa ma toffriex opportunitajiet godda? Zgur li toffri. Jekk iz-zghazagh bravi esperti tal-Unjoni Ewropea li ghandna f’Malta issa jsarfu l-gherf taghhom b’entuzjazmu biex is-self employed u n-negozji z-zghar Maltin igawdu minn dawn l-iskemi jien nahseb li mmorru ahjar mill-Isqallin u l-Griegi. Jien nemmen ukoll li l-Maltin li dejjem kienu maghluqa f’dawn il-gzejjer zghar ikollhom hafna opportunitajiet godda f’suq kbir Ewropew. Hemm opportunitajiet godda ta’ tahrig ghal min jaf u jsib fondi biex jgholli l-livell tal-produttivita’ u l-kwalita’ tal-prodott jew servizz tieghu fuq is-suq lokali. Ghal avventurier hemm wkoll opportunitajiet enormi ta’ investiment fil-pajjizi l-godda Ewropej: Slovenja, Slovakja, Repubblika Ceka, Bulgarija, Rumanija. Dan jekk jaghrfu jahtfuhom bhal ma hatfu ta’ qabilna l-opportunitajiet li tawna l-Inglizi fil-Kanada u fl-Awstralja.

Istituzzjonijiet Maltin
Pero’ ma jien konvint xejn li hekk ser jigri. J’alla l-gherf tal-gradwati minn Brussels jintuza biex il-posittiv johrog fil-prattika. L-esperjenza tal-MDC, tal-METCO u f’dawn l-ahhar ftit snin, tal-ETC u tal-IPSE, uritna li l-burokratici Maltin, bhal dawk Ewropej, bravi biex ifasslu, jitkellmu u jithallsu, izda x’hin jigi ghar-rizultat ftit li xejn. Il-ftit rizultat nonfhuh u nzejnuh b’xalata ta’ frazijiet sbieh. Rapporti glorjuzi u prezentazzjoni f’konferenzi f’Malta u barra li jimpressjonaw lil min ma jifhimx, l-aktar lill-burokratici u politici ohra. Izda fir-realta’ ftit li xejn. Min irid ikun jaf kemm huma effettivi l-MDC u l-IPSE jigi ghal-laqghat li jkolli jien kontinwament mal-proprjetarji tal-intraprizi Maltin u jkun jaf. Issa l-Prof. Josef Bonnici u ta’ madwaru iddeciedew li l-burokrazija tal-MDC, tal-IPSE u tal-METCO jaghmluha burokrazija wahda. Fil-kumplament tal-Ewropa mixjin lejn id-distinzjoni bejn is-self employed u z-zghar nett u l-kumplament biex mhux jitfghu lil kulhadd f'keffa wahda.

Ewropa Si, Ewropa No
Ahna hawn Malta mixjin bil-maqlub. Qiesu Ministru wiehed miexi lejn l-Ewropa u l-iehor ghazel triq ohra. Ghax il-poplu Malti veru li mhawwad bejn Ewropa Si u Ewropa No. Izda jidher li din tghodd ukoll ghall-burokratici Maltin. Min ifassal skond l-Unjoni Ewropea b’fedelta u zeghlu basta jikkopja, u min ghaddej skond kif ifettillu hu u dak li jghidulu l-ahhar konsultenti. Ghalhekk nghid mhux il-pajjiz biss, izda anke l-istess gvern: ewropa si u ewropa no.

Is-self employed u s-sidien tan-negozji z-zghar zgur li mhawdin wahda sew. Ghalihom ukoll Ewropa si u Ewropa no. Pero’ nahseb li dejjem aktar no.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent