logo

Incertezza
Bhalissa kulhadd jghid tieghu dwar jekk ghandniex noqghodu fuq dak li jghid ir-rizlutat tar-Referendum dwar shubija fl-Unjoni Ewropea jew jekk ghandniex norbtu biss skond ir-rizultat tal-Elezzjonijiet Generali li jmiss. Huma nkwetati hafna nies. Forsi l-aktar inkwetati dwar dan huma s-sidien tal-intraprizi.


Fin-negozju mhux kwistjoni li jekk titlef ix-xoghol, tmur tirregistra u tittama li ssib xoghol iehor. Meta l-kundizzjonijiet tan-negozju jinbidlu int ghandek hafna problemi x’tiffaccja. Mhux biss il-qliegh tieghek u tal-familja tieghek, izda ghandek ukoll il-kwistjonijiet l-ohra kollha – hlasijiet lill-banek u lill-kredituri tieghek, hlasijiet u rabtiet mal-haddiema tieghek u hafna mpenji ta’ taxxi u rapporti dwar likwidazzjoni, qrati, avukati u elf haga ohra. Mhux la kemm taghlaq il-bieb u daqshekk. In-negozju f’Malta mhux tant facli li tibdih, mhux tant facli li tmexxih bi profitt u mhux facli xejn biex taghlqu. Ghalhekk in-negozjant Malti jixtieq li din il-kwistjoni tinqata’ halli forsi jkun jaf fejn hu u jkun jista’ jippjana ahjar ghall-futur.

Ghalhekk min qieghed fin-negozju jhares lejn din il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea b’hafna aktar interess minn nghidu ahna, pensjonant, mara tad-dar, impjegat tal-gvern, impjegat f’lukanda jew impjegat f’korporazzjoni statali jew teacher jew professur l-Universita’, professjonista jew benestant. Sa certu punt dawn ghandhom inqas diffikulta ghaliex jintlaqtu tajjeb jew hazin skond kif imur il-pajjiz, kollu izda theddida diretta lill-impjieg jew sors ta’ qliegh taghhom probabbilment li m’hemmx. Ghax nghidu s-sewwa d-differenza bejn shubija u partnership m’hiex xi precipizju u mhux sewwa li n-nies ikunu mgenna b’xeni ta’ disastri kemm minn naha kif ukoll minn naha l-ohra, jekk l-ghazla tkun wahda minflokk l-ohra. Li hu zgur hu li l-kwistjoni qed tohloq incertezza li qed tkid lil hafna.

L-Ghazla
L-ghazla ser tolqot affarijiet ta’ mportanza li jien inhoss li mhux qed jigu spjegati sewwa. Ir-referendum suppost li ghandu jkun intiz biex wara li jitlestew n-negozjati dwar il-kapitoli kollha li Malta trid titratta biex tkun tista’ tidhol fl-Unjoni Ewropea, wara li tal-Unjoni jkunu ddeciedew li jdahhluna, l-poplu Malti jiddeciedi jekk taht il-kundizzjonijiet miksuba jkunx irid jidhol jew le. Kwistjoni cara ta’ Iva jew Le. Iz-zewg partiti ewlenin diga’ ddecidew irrispettivament mill-pakkett ta’ kundizzjonijiet ahhari. Lesti. Huma qatghuha. Maghhom qatghuha wkoll l-GWU, l-UHM, c-CMTU, l-Kamra tal-Kummerc, l-FOI, l-MEA u l-MHRA. Tal-GRTU insostnu li decizjoni titiehed meta inkunu nafu l-pakkett kollu. Inhossu li baqa’ hafna xi jsir u l-kapitoli li baqghu huma mportanti hafna. Mhux ghax dawk li diga’ inghalqu mhux importanti, anzi x’uhud minnhom huma hafna importanti bhal ma huma dawk tal-free movement of persons, l-free movement of capital, l-free movement of goods u l-free movement to establish services.

B’dak li iffirma l-gvern s’issa, Malta prattikament ma tista’ zzomm lil ebda cittadin ta’ pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea, inkluzi dawk kollha li jidhlu fl-Unjoni Ewropea ma’ Malta bhal Pollakki, Ceki, Sloveni, Estonji, Litwanji, Slovakki, Ungerizi u Bulgari milli jifthu negozju f’Malta, jixtru negozju f’Malta u jezercitaw xoghol bhala self-employed f’pajjizna. Ghalkemm il-gvern jghid li hemm il-kwistjoni tal-licenzja tan-negozji li wiehed irid igib qabel jibda jinnegozja f’Malta, izda fil-verita’ l-gvern Malti jaf li ma jista’ jzomm l-ebda kunrattur, negozjant jew self-employed cittadin tal-Unjoni Ewropea, meta nkunu msiehba, b’xi skuza jew ohra milli jahdem u jixtri proprjeta’ jew jiftah negozju bi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni hielsa.

Kummerc Hieles
Il-principju fundamenti ghall-Unjoni Ewropea huwa l-kompetizzjoni u kull regolament iehor taht l-acquis hu subordinat ghall-principju tal-kompetizzjoni. L-ebda gvern fl-Unjoni ma jista’ johloq xkiel lill-kummercjanti milli jinnegozjaw fejn iridu fit-teritorju kollu tal-Unjoni Ewropea bi skuza ta’ xi regolament jew iehor. Malta zgur bhala pajjiz zghir jaqbzu fuqha hekk kif tirfes dan il-principju fundamentali. Ghalhekk ghan-negozjant hu mportanti li din il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea trid tinqata’. Ghax b’Malta barra jippjana mod, b’Malta gewwa jrid jiffacja kompetizzjoni aktar wiesgha u sfrenata u jmexxi b’mod differenti mill-lum. In-negozjant ghalhekk jrid li din il-kwistjoni tinqata’ u jekk jista’ jkun ma tergax tinfetah tal-anqas hames, jekk mhux ghal ghaxar, snin ohra.

Dak li jkun irid jkun jaf fejn hu halli jqies ir-riskji jew vantaggi ghan-negozju tieghu u jippjana u jidhol f’commitment u rabtiet ta’ investiment, xiri ta’ proprjeta’ u makkinarju u impjieg ta’ nies li jorbtuh fuq mhedda ta’ snin bla biza’ ta’ bidliet kbar. Illum ghalhekk, infatti, li hawn din l-incertezza kollha. Mhux ghax partit irid haga u l-iehor irid ohra. L-incertezza hi dovuta ghall-fatt li qiesna mhux kapaci niddeciedu. Min hu f’sensih irid decizjoni u decizjoni li torbot. Jista’ jkollna izda decizjoni li torbot? Jien nghid li nistghu. Izda dan jiddependi hafna minn dak li jiddeciedu l-Partit Politici u mill-pressjoni li kapaci jaghmlu l-Korpi Kostitwiti u t-Trade Unions.

X’jista’ jsir?
Kif jidher s’issa, ta’ lanqas, il-gvern bi hsiebu jaghmel ir-Referendum hekk kif ilesti n-negozjati u wara ssir l-Elezzjoni Generali. Mela l-poplu Malti issa ser jiffacja wahda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

ï‚· jirbhu tal-IVA fir-Referendum u wara jirbah l-Elezzjoni l-Partit Nazzjonalista
ï‚· jirbhu r-Referendum tal-LE u wara jirbah l-Elezzjoni l-Partit Laburista
ï‚· jirbhu r-Referendum tal-IVA u wara jirbhu l-Elezzjoni l-Partit Laburista
ï‚· jirbhu r-Referendum tal-LE u wara jirbhu l-Elezzjoni l-Partit Nazzjonalista

L-ewwel zewg sitwazzjonijiet ma tantx jaqilghu problemi ghax ikunu decizjonijiet cari. Il-polemici jinqalghu dejjem, izda l-poplu dara li wara li jiddeciedi f’Elezzjoni imbaghad ihallu l-gvern jmexxi. Il-problemi jinholqu jekk jissucciedi xi wahda miz-zewg sitwazzjonijet l-ohra.

X’ser jaghmel il-Partit Nazzjonalista jekk ir-Referendum jghid LE u fil-gvern jerga’ jitla’ l-PN? Jabbanduna dak kollu li ilu jaghmel dwar l-Unjoni Ewropea? Jabbanduna l-politika unika u ewlenija tieghu? Jien nahseb li le. Probabbli jghid li Elezzjoni Generali hi aktar importanti minn Referendum u li la l-poplu jkun tella’ fil-gvern lill-Partit Nazzjonalista dan ifisser ghall-PN li l-Maltin iridu l-program tieghu ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea. Il-PN b’dan ir-ragunar jitlaq full speed lejn it-triq tas-shubija ghax jemmen b’mod profond li kull dewmien hu ta’ hsara ghal Malta u wkoll ghax ma jemmen fl-ebda alternattiva.

U jekk jigri bil-maqlub, ir-Referendum jghid IVA u fil-gvern jitla’ l-Labour Party? Jsir l-istess. Le? Tal-Labour ilhom jghidu li Elezzjoni hi aqwa minn Referendum u li f’Elezzjoni Generali l-poplu jiddeciedi fuq programm shih. Il-Partit Laburista jsostni li l-Programm tieghu hu msawwar fuq li Malta tidhol f’Partnership mal-Unjoni Ewropea izda li ma tkunx membru. Il-Partit Laburista jghid zgur kif ilu jghid mill-bidu, li mandat ta’ Elezzjoni jorbot jghid x’jghid ir-Referendum.

Meta jieqfu l-argumenti
Jekk wiehed joqghod jahseb jghid li wara l-Elezzjoni l-argument ghandu jieqaf hemm. Hafna ghandhom tama qawwija fir-Referendum. Jghidulek mhux referendum juri xi jrid il-poplu hu x’inhu l-kulur politiku tal-individwu? Pero’ jidher li r-Referendum, kuntrarjament ghal dak li qed jistennew hafna, ser ikun sar ghalxejn. Izda dan hu li jridu l-Maltin? Veru li jridu li din il-kwisjtoni tinqata’ fl-Elezzjoni Generali? Veru li huma hafna l-Maltin li jridu li din il-kwistjoni tinqata’ fir-Referendum u li l-gvern li jtellghu fl-Elezzjoni ta’ wara jkun marbut li jmexxi skond ir-Referendum? Jew veru li hawn hafna Maltin li jridu jaghzlu l-gvern irrispettivament minn dak li jghid ir-Referendum u li l-ghazla dwar l-Ewropa ser tiristringilhom l-ghazla? Skond il-Kostittuzzjoni ta’ pajjizna gvern elett b’mandat tal-poplu jimxi skond dak il-mandat. Jigifieri jekk ser tithaddem xi haga bhal din fejn ir-Referendum jkun jorbot jkun iridu jsiru tibdiliet fil-Kostituzzjoni jew fil-Ligi. Qabel xi bidla zgur irid ikun hemm ftehiem bejn iz-zewg partiti.

Kemm hu possibbli dan ma nafx. Forsi li jista’ jsir hu li z-zewg partiti jaqblu li jekk il-vot tar-Referendum u l-vot tal-Elezzjoni jkunu kontraditorji allura jergghu jsejhu Referendum iehor u din id-darba t-tieni Referendum jkun jorbot. U jorbot sa kemm? Terga’ tqum il-mistoqsija. Nahseb li ta’ lanqas sa l-Elezzjoni ta’ wara. U ghax mhux ghal ghaxar snin? U l-mistoqsija terga’ tqum: jekk lesti jaccettaw it-tieni Referendum ghax ma jaccettawx l-ewwel wiehed u jiftehmu kif ir-referendum isir b’modd l-aktar fair biex b’hekk in-nies jaghzlu l-gvern li jridu bla ebda xkiel.

Referendum
Izda hekk kif tibda titkellem fuq Referendum u Elezzjonijiet taqa’ dejjem ghall-punt minn fejn titlaq. F’Malta d-decizjonijiet il-kbar nohduhom fl-Elezzjonjiet Generali. Ahna mdorrijin intellghu gvern u jorbot u jholl hu. Id-decizjonijiet il-kbar bhal dik tal-Indipendenza u tar-Repubblika u tal-Helsien mill-Bazi Militari hekk ittiehdu wkoll. Hadhom il-gvern anke meta ma kellux maggoranza kbira. Ir-Referendum tal-Indipendenza ma kienx dwar jekk insirux indipendenti jew le. Id-decizjoni kienet dwar jekk hux Indipendenti bi Gvernatur Generali bil-Monarkija jew jekk hux President u Repubblika. Fl-elezzjoni ta’ qabel l-Indipendenza, dik tal-1962, tahwid shih kien hawn f’Malta bi dnubiet mejta, sitt punti, sfafar u sitt partiti politici, kollha jghidu taghhom u b’hamsa minnhom taht l-Umbrella tal-Knisja maqghudin biss kontra Mintoff. Fost il-hamsa kien hemm min ma ried l-ebda Indipendenza u ried membership fil-House of Lords tal-Gran Brittanja, min ried Indipendenza fil-futur ‘l boghod, min ried dominion status u min ma jafx x’irid. Iz-zewg partiti l-kbar izda, n-Nazzjonalisti u l-MLP, it-tnejn riedu l-Indipendenza ghalkemm b’kostituzzjonijet differenti. Izda fir-referendum il-Maltin ma ddecidewx dwar l-Indipendenza. Id-decizjoni dwar l-Indipendenza hadha l-Parlament Malti. L-istess il-kwistjoni tar-Repubblika. Id-decizjoni hadha l-Parlament Malti u l-istess l-eghluq tal-bazi militari. Il-Parlament jintghazel f’Elezzjoni Generali. F’dawn l-okkazzjonijiet izda kien hemm fil-Parlament maggoranza li tifrex lil’hinn mill-konfini tal-Partiti.

Is-sitwazzjoni llum
Is-sitwazzjoni llum hi differenti. Illum il-poplu Malti jrid jiddeciedi dwar xi haga li l-Partiti ma jaqblux dwarha u d-differenza hi fundamentali ghall-programm taghhom. Effettivament il-Partiti qed jinbuttaw lill-Maltin biex jiddeciedu: jekk tridu lilna dan hu l-program taghna. Ittelghuniex jekk triduna nhaddmu l-program tan-naha l-ohra.

Il-Korpi Kostitwiti u t-Trade Unions u issa, sa certu punt, wkoll l-Isqfijiet qed jippruvaw jgghielu lill-Partiti Politici jahsbuha mod iehor. Ma nafx kemm il-Partiti Politici ser jibdu fehmthom, mhux dwar l-Ewropa, dwar din fehmthom ma jibdluhiex izda dwar ir-referendum. Jigifieri kemm Partit jew iehor lest li jmexxi, jekk il-poplu jtih il-poter, anke jekk ir-rizultat tar-referendum ma jkunx jaqbel mal-program elettorali. Il-probabbilita’ hi li ser tghaddi tal-Partiti ghaliex l-logika qeghda favurihom. Jidher jigifieri li ser tiddeciedi l-Elezzjoni Generali anke jekk hafna jippreferu li le. Wiehed ghalhekk jistenna li ta’ lanqas iz-zewg partiti jaccettaw t-tnejn li huma li din hi l-verita’.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent