logo

CC Best Conference
Il-gimgha l-ohra attendejt ghall-iffirmar mill-gvernijiet tal-pajjizi applikanti ghall-Unjoni Ewropeja tac-Charter Ewropew ghan-negozji z-zghar. The European Charter for Small Enterprises – ic-Charter Ewropew ghan-negozji z-zghar – kif approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja f’Feira, il-Portugal, fl-20 ta’ Gunju 2000 hu dokument importanti li l-gvernijiet tal-pajjizi diga’ membri fl-Unjoni Ewropeja huma marbutin mieghu. Issa hu marbut il-gvern Malti wkoll. Dan hu charter illi l-organizazzjonijiet li jirapprezentaw lin-negozji z-zghar, fosthom il-GRTU ta’ Malta, kienu ilhom jahdmu fuqu s-snin qabel ma gie addottat mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea f’Gunju 2000.

 


Fl-Ewropa jezistu Charters dwar id-drittijiet tal-bniedem, dwar id-drittijiet tal-haddiema u anke dwar id-drittijiet ta’ l-annimali izda Charter dwar l-intrapriza z-zghira kien ghadu ma jezistiex. L-ESBA (European Small Business Alliance) fl-ahhar kungress taghha kienet approvat dokument imtella’ mill-Federazzjoni ta’ l-Intraprizi iz-Zghar ta’ l-Ingilterra (FSB) u hadmet hafna biex dan id-dokument jigi nkorporat f’dan ic-Charter. Il-GRTU ta’ Malta bil-partecipazzjoni taghha fil-Kungressi u fil-Board Ezekuttiv tal-ESBA hadet sehem ukoll fil-preparattivi ghal dan id-dokument. Ghalhekk kien ta’ sodisfazzjon kbir ghall-ESBA li rat hafna mill-principji u l-punti li hadmet fuqhom fi snin li ilha tezisti jigu nkorporati f’dan ic-Charter.

Ic-Charter
Dan ic-Charter illum iservi bhal l-bazi li fuqu ghandhom jitfasslu l-ligijiet u r-regolamenti mfassla mill-Kummissjoni Ewropeja kif ukol dawk imfassla mill-gvernijiet u l-Parlament tal-pajjizi membri. Ghalkemm Malta ghadha mhux membru, Malta giet komessa illi torbot is-sistema taghha mac-Charters approvati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropeja bil-prezenza tal-Prim Ministru ta’ Malta fil-laqgha tal-Portugal. Wiehed ghalhekk stenna li minn dak inhar il-gvern Malti jifli sewwa dan ic-Charter u jibda jara li l-ligijiet ta’ pajjizna u l-bosta regolamenti li jinhargu ikunu jiriflettu dak li jinghad f’dan ic-Charter. Din, ghan-negozji z-zghar, hija mportanti hafna u pass tremend ‘il quddiem. Il-GRTU sa mill-bidu zgurat li kopja ta’ dan ic-Charter tghaddi ghand il-Ministri kollha tal-Kabinet Malti, Segretarji Parlamentari u Kapijiet ta’ Korporazzjonijiet biex ikun assigurat li c-Charter f’Malta jithaddem. F’cerimonja simbolika wkoll il-GRTU kienet ghaddiet kopja lill-President ta’ Malta, l-Prof Gwido de Marco. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, minn kmieni qabad din il-kwistjoni u zamm il-kuntatt flimkien mal-organizazzjonijiet li jirrapprezentaw in-negozji f’Malta biex ir-rapport bejn dawk fi Brussels li jiehdu hsieb it-twettiq tac-Charter u l-gvern Malti jkun rapport haj u attiv. Id-delegazzjoni li telghet Slovenja l-gimgha l-ohra, fejn is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo iffirma c-Charter ghan-nom tal-gvern Malti, kienet ghalhekk okkazzjoni ta’ sodisfazzjon ghal kull min irrid jara l-progress tan-negozji z-zghar.

Principji
Fil-bicca l-kbira tal-pajjizi ta’ l-Ewropa Maghquda u aktar u aktar go Malta, n-negozji z-zghar l-anqas biss huma ikkunsidrati fejn tidhol il-maggoranza assoluta tal-qafas legali Malti. Il-GRTU ilha s-snin u bla waqfien, ta’ xejn tappella u tirsisti biex dan ir-rikonoxximent jasal. Jien illum nippretendi li issa, li l-Prim Ministri ta’ l-Ewropa Maqghuda qablu ma’ dan ic-Charter u li Malta wkoll iffirmat dan ic-Charter, li Malta tkun minn quddiem nett fit-twettiq ta’ dan ic-Charter. U nispjega ghaliex. Ic-Charter jaccetta mill-ewwel sentenza tieghu li “l-intrapriza z-zghira hija s-sinsla ta’ l-ekonomija Ewropeja, n-negozji z-zghar huma bazi mportanti ghal hafna mpjiegi u art fertili ghall-izvillup ta’ l-inizjattiva dwar in-negozju. L-isforzi ta’ l-Ewropa biex thaddem l-ekonomija l-gdida (the New Economy) jirnexxu biss jekk in-negozji z-zghar jittellghu fuq nett fl-agenda. In-negozji z-zghar huma l-aktar li jintlaqghtu meta jkun hemm bidliet fic-cirkostanzi tan-negozju. Huma l-ewwel li jsofru jekk jitghabbew iz-zejjed b’hafna burokrazija zejda. Ikunu huma wkoll l-ewwel illi jgawdu u jkattru minn inizjattivi li jwasslu biex jitnaqqas ir-red tape u jigi premjat aktar is-success”.

Haga ta’ l-iskantament kif wiehed jista’ jaqbad dawn l-istess sentenzi minn kull presentazzjoni li ktibt u minn kull dokument li hareg mill-GRTU matul is-snin. Illum li dawn is-sentenzi qeghdin fil-ftuh ta’ dan id-dokument hu sinjifikanti hafna. F’Lisbona, il-Prim Ministri Ewropej iddikjaraw “li fuq din il-bazi jridu li l-Ewropa issir l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika u nformata fid-dinja b’kapacita’ li tkattar il-gdid ekonomiku b’modd sostenibbli u tohloq u tkattar aktar impjiegi u twessa’ il-koezjoni socjali. In-negozji z-zghar ser ikunu rikonoxxuti bhala l-mutur ewlieni li ghandu jwassal ghal aktar tigdid, aktar impjiegi kif ukoll aktar integrazzjoni socjali u lokali fl-Ewropa.” Il-Prim Ministri qablu “li ghalhekk ghanda tinghata spinta biex jinholoq l-ahjar ambjent possibbli li fih in-negozji z-zghar u l-ispirtu ta’ l-intrapriza ikun jista’ jimrah”.

Twettieq
Wara li c-Charter ikompli bil-lista ta’ x’ghandhom jaghmlu l-gvernijiet imsejha biex in-negozji z-zghar mhux biss ma jibqghux ifixxkluhom izda joholqulhom ic-cirkostanzi kollha favorevoli biex ikomplu jisahhu, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropeja jintrabat li jaghti s-support kollu tieghu biex ikunu sostnuti l-inizjattivi kollha li jwasslu biex l-ghanijiet ta’ dan ic-Charter jitwettqu. Fuq kollox il-kapijiet tal-gvernijiet ta’ l-Ewropa jintrabtu li jisimghu l-lehen tan-negozji z-zghar. Nispera li l-Ministri ta’ Malta dan ic-Charter jarawh, jifluh u jwettquh. Jien din il-gimgha qed nizgura li kull wiehed minnhom ser ikollu fuq l-iskrivanija tieghu kopja ta’ dan ic-Charter.

Red Tape
Punt importanti li jenfassiza dan ic-Charter hu it-tnaqqis tal-muntanja esagerata ta’ red tape li bih huma msallba n-negozji z-zghar. Negozji kbar ikunu jistghu jaffordjaw ihallsu impjegati full time u specjalisti biex jghinuhom igorru l-piz burokratiku izda z-zghar ma jifilhux. Studju li ghamlet l-FSB fl-Ingilterrra juri li ghan-negozji li ma jhaddmux aktar minn ghaxar impjegati (micro enterprises) in-nefqa fuq it-thaddim ta’ pizijiet burokratica tqum hdax –il darba aktar liz-zghir milli lill-kbir. Dan ghaliex il-kbir ikun jista’ jifrex in-nefqa fuq firxa wiesa’ ta’ klijenti waqt li z-zghir m’ghandux din il-possibbilta’ u jkollu jgorr in-nefqa zejda kollha hu. Barra minn dan il-hin li n-negozjant iz-zghir irid jiddedika biex jamministra s-sistema vasta ta’ red tape tikollu sa’ hamsin fil-mija tal-hin u l-energija li hu jista’ jiddedika lejn in-negozju tieghu. Jigifieri meta pajjiz qed jirrikonxxi li l-intrapriza z-zghira hija fonti ewlenija ta’ inizjattivi godda u hija il-mutur tat-tigdid fl-ekonomija moderna, tkun qed tirrikonoxxi wkoll illi l-hin zejjed li qed jinhela biex in-negozji jhaddmu l-esagerazjoni ta’ pizijiet zejda mposti fuqhojm qeghdha tohnoq u tharbat dak li hu rikonoxxut li llum hu tant importanti ghalina llkoll: is-sahha taz-zghir li jkattar il-gid u johloq aktar koezjoni socjali.

Tassazzjoni u Finanzi
Il-kapitlu f’dan ic-Charter dwar it-tassazzjoni jigbor kwazi kelma b’kelma dak li ilna nghidu ghal snin shah u li nittama li l-Ministru tal-Finanzi ta’ Malta jixtghar u jifhem sewwa qabel ifassal il-Budget li jmiss. L-ewwelnett ic-charter jghid dak li l-GRTU ilha thanbaq dwaru s-snin, jigifieri, li n-negozji z-zghar ghandhom ikunu ezentati minn hafna obligazzjonijiet regolatorji. Id-dikjarazzjoni ta’ Feira qed tinsisti li l-gvernijiet “ghandhom jaghmlu l-affarijiet aktar semplici biex il-piz ta’ compliance fuq in-negozji z-zghar jonqos”. Fuq kollox id-dikjarazzjoni tghid “li s-sistemi ta’ tassazzjoni ghandhom jigu rrangati biex jipremjaw is-success, jinkoraggixxu l-holqien ta’ negozji godda, jaghtu vantaggi lin-negozji z-zghar biex ikunu jistghu jespandu u jkattru l-impjiegi u jkunu f’posizzjoni ahjar li jwettqu inizjattivi godda u jghaddu l-intraprizi ghall-generazzjonijiet ohra. Il-pajjizi Ewropej huma nstigati biex jibbazaw it-tassazzjoni fuq principji ta’ best practice u ta’ personal performance incentives”.

Ic-Charter jitkellem ukoll dwar x’ghandhom jaghmlu l-gvernijiet biex jizguraw li l-intrapriza z-zghira tkun mghoqdija tajjeb mis-servizzi finanzjarji u jenfassiza bil-kbir il-htiega li jigu zviluppati relazzjonijiet hafna ahjar bejn is-sistema bankarja u n-negozji z-zghar biex jinholqu accessi ahjar u kundizzjonijiet aktar ragonevoli biex iz-zghar igawdu aktar kreditu bankarju u nvestiment kapitali. L-Unjoni Ewropeja ser taghmel aktar sforzi biex il-European Investment Bank tkun aktar accessibbli mill-ftit li hi llum biex tiprovdi kapitali finanzjarji ghat-twaqqif u tkattir ta’ intraprizi li jhaddmu teknologiji godda. L-Unjoni Ewropeja bi hsiebha ghalhekk tkattar l-impenn u l-fondi biex iz-zghar ikollhom access aktar ghat-teknologijii l-godda minghajr ma jitkissru finanzjarjament.

Il-Lehen taz-Zghar
L-ESBA issejjah lilha nfisha “l-lehen indipendenti ta’ l-intrapriza z-zghira u medja fl-Ewropa”. Il-GRTU issejjah lilha nfisha “l-lehen ta’ l-inizjattiva privat f’Malta”. Hemm numru ta’ organizazzjonijiet ohra fuq livell Ewropew li jitkellmu ghall-intrapriza z-zghira. L-istrutturi fl-Ewropa Maghquda ghadhom torox ghall-lehen ta’ l-intrapriza z-zghira. Anke f’pajjizna l-gvernijiet ghadhom isibuha bi tqila mmens biex jisimghu bis-serjeta’ dak li ghandhom x’jghidu l-kelliema ta’ l-intrapriza z-zghira.

Sodisfazzjon kbir li kelli f’hajti f’dan l-ahhar snin kien precizament li rnexxieli nsahhah il-lehen taz-zghar f’pajjizna. Izda baqa’ hafna u hafna xi jsir. Il-Prim Ministri ta’ l-Unjoni Ewropeja issa qabblu, u issa maghhom intrabat ukoll ll il-Prim Ministru ta’ pajjizna, li ghandha issir revizjoni shiha ta’ kif l-interessi tan-negozji z-zghar huma rapprezentanti fuq livell nazzjonali u fuq livell Ewropew. Qablu wkoll li l-lehen taz-zghar ikun nkluz bi shih f’dak li qed jissejjah id-djalogu socjali.

Il-Weghda
“Ahna kommessi”, jghidu l-kapijiet tal-gvern ta’ l-Ewropa Maqghuda, “li nimxu lejn it-twettiq ta’ l-ghanijiet imfassla fic-Charter tan-negozji z-zghar fit-tfassil ta’ politika nazzjonali u Ewropeja dwar l-intrapriza”.

In-negozji z-zghar u s-self employed ilhom jisimghu weghdi, izda fatti rari li raw. Dan ic-Charter illum ser ikun il-frosta li l-organizazzjonijiet li jirrappresentaw lin-negozji z-zghar ser juzaw fuq il-gvernijiet biex kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll fuq skala ikbar Ewropeja, jiccaqalqu u jimplimentaw dak li weghdu u halfu dwaru fil-Portugal. F’Malta hekk ser naghmlu wkoll.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent