logo

L-Art Mqaddsa
Dak li qed jigri fil-Palestina hu tragedja ghalina l-Maltin. Il-Palestina hi l-Art Mqaddsa. Il-postijiet li qed nisimghu fl-ahbarijiet huma qrib taghna. Il-Palestina ghall-Maltin mhiex art barranija. Hija bicca minna. Ghall-Maltin li twieldu wara l-gwerra l-Israel ukoll hu pajjiz b’rabta maghna. Generazzjoni shiha ta’ Maltin kibru bi stampa friska f’mohhhom tal-holokawst u l-miljuni ta’ Lhud maqtula b’mod tant barbaru minn Hitler u n-Nazi tieghu. L-Exodus hu ktieb u film li hu frisk fil-memorja ta’ hafna Maltin. Generazzjoni shiha ta’ Maltin kibret b’ammirazzjoni shiha ghal isforzi kuragguzi u kapaci tal-Lhud biex mix-xejn holqu l-istat modern tal-Israel. Maltin, izda, li gharfu jaqsmu r-rispett lejn il-bzulija u hila ta’ l-Israeliti mas-simpatija u s-solidarjeta’ mal-isforzi tal-Palestinjani li jibnu huma wkoll pajjiz ghalihom hieles u b’sahhtu li jsostnihom bhal ma hu dritt taghhom. Malta fil-fori internazzjonali, fuq mhedda twila ta’ snin, uriet rispett lejn l-aspirazzjonijiet ta’ dawn iz-zewg popli li jghixu f’pajjiz hieles u b’sigurta’.

 


Ix-xewqa tal-maggoranza assoluta tal-Maltin hi li jirbah is-sens komun, jitwarrab l-estremizmu u li tinstab soluzzjoni li tahdem. Ic-ckejkna Malta tat sehmha matul iz-zmien, sehem kbir paragunat mall-qies taghna, fil-verita’, biex tinstab soluzzjoni. Zewg statisti Matin b’mod partikolari, jigbdu rispett kbir mill-Palestinjani ghall-isforzi taghhom biex tinstab soluzzjoni li tghati nifs u hajja lill-Palestina: Dom Mintoff u Gwido de Marco.

Ferocita’
Ghaliex, hafna jsaqsu din it-tragedja kollha? Ghaliex l-Israel wasal biex jisfida lill-insara tad-dinja bil-mod krudili li qed juri bl-assedju kontra l-Bazilika tat-Twelid ta’ Kristu? Kif jista’ jkun li l-Maltin ta’ rieda tajba, anke dawk hbieb ta’ Israel, jiggustifikaw dak li qed isir fit-toroq, fl-ibliet u fl-irhula tal-Palestina? Ghaliex 230 ruh rifugjati gol-Bazilika l-aktar sagra ghall-insara qed jithallew imutu bil-guh, b’uhud minnhom b’feriti li qed jikkankraw, bi tfal u nisa li ma jifilhux aktar, u dan kollu mhux biex jinqabad xi kapurjun kbir tat-terrorizzmu izda ghaxra minn nies infittxija ghall-krimini tas-sekonda kategorija? Ghaliex, hafna f’Malta u fid-dinja, qed isaqsu, l-Israel hammar wicc il-hbieb tieghu b’din il-ferocita’ kollha?

Barak
Sharon tela’ fil-gvern wara li l-Partit tieghu xewwex kemm felah kontra l-mexxej Laburista Barak u rnexxielu jwaqqa’ l-gvern ta’ Barak wara zmien qasir li dam fil-gvern. Il-Partit Likud qiesu li assuma li ghandu dritt aktar minn haddiehor li jmexxi, u lil Barak, General ta’ esperjenza kbira u mgharuf ghall-intelligenza tieghu u ghar-rispett kbir li kien igawdi fl-armata Israelita bhala strategista kapaci u bhala bniedem li jasal. Barak izda ma kellux l-esperjenza politika u l-makkakerija tax-xjuh li jiddominaw il-politika go l-Israel. Il-Progett ta’ Paci kuraggjuz li fassal Barak biex jaqla l-Israel mill-isqaq diplomatiku, politiku u ekonomiku li kien dahal fih, kissruhulu ghax ma hamluhx jirnexxi. Kienu jafu li Barak, politiku relattivament zaghzugh kien jibqa’ hemm snin twal kieku irnexxielu jtemm darba ghal dejjem il-kwistjoni ta’ bejn l-Israeliti u l-Palestinjani. Tajruh ghax Barak ma kienx komdu ghal hafna li kellhom kilba li jikmandaw huma u li tghaddi taghhom.

Pjan ta’ Paci
Il-Pjan ta’ Paci ta’ Barak kien jaghmel hafna sens. Illum huma hafna, anke Palestinjani, li jghidu li l-Pjan ta’ Barak kien l-ahjar li qatt gie offrut lilhom u li kieku kien accettat kieku t-tragedja tal-lum ma gratx. Huma hafna wkoll li jsostnu li l-Palestinjani illum mhux possibbli li jkollhom offerta ahjar milli b’kurragg kien taghhom Barak. Izda lil Barak kisruh ukoll il-Palestinjani. X’ma qalux fuqu? Li kien suldat? Li ried jeqred lil Palestinjani? Li kien pupu f’idejn l-Amerika? Li ma kienx ta’ min jafdah? X’ma tefaghlux?


X’kien ppropona Barak? Barak effettivament kien wieghed lill-Palestinjani li jirrikonoxxi l-Istat indipendenti tal-Palestina li jkun jikkonsisti 95% tal-art Palestinjana li kellhom qabel il-gwerra tal-1967 li fiha l-Israel kien okkupa mheded kbar tal-Palestina. Barak kien fil-fatt ser izomm is-settlements strategigi li l-Lhud kienu bnew matul it-teritorji okkupati kollha u kien fil-fatt ghaggel il-process li jcedi l-artijiet tal-pajjizi tal-madwar li kienu ukoll qabel ikkapparati mill-Izraeliti.

B’kuragg ukoll, u kontra ir-rieda tal-fanatici religfjuzi tal-Izreal, Barak kien ppropona li l-Belt Mqaddsa tal-Gerusalem tinqasam b’mod li effettivament il-parti biss l-aktar sagra ghal Lhud tibqa taht il-kontrol tal-Izrael u l-parti Kristjana u l-parti Musulmana taqa’ taht il-Palestinjani. Kienet bla dibju l-ahjar offerta li qatt inghataw il-Palestinjani. Kien pjan li il-paci seta’ imbaghad kompla sahhah u li l-Palestinjani setghu komplew jibnu fuqu. Il-prezz li l-Palestinjani riedu ihossu ta’ dak il-ftehim kien li l-Palestinjani li illum jghixu fil-Lebanon u li jiffurmaw popolazzjoni ta’ 3.5 miljuni kienu ser jitilfu nid-dritt li dejjem sostnew li ghandhom li jmorru huma ukoll jghixu fil-Palestina bhala pajjizhom. Din kienet weghda importanti li Arafat dejjem ghamel lill-dan il-poplu u kien difficli ferm ghalih li accetta pjan li jcahhad tant Palestinjani min dritt li jghamlu parti minn pajjizhom wara il-fidwa. Din hi d-decizjoni li Arafat ha u li l-lum qed ihallas bl-ikrah ghaliha.

Barak falla. Falla ghax l-Izraeliti ghalkemm tellawh biex igib il-paci ma sostnewhx meta b’kuragg pogga il-hajja politika tieghu f’riskju mortali biex jasal fejn il-maggoranza tal-poplu xtaqitu li jasal. Arafat ulkoll falla. Falla ghaliex ma gharafx jahtaf l-opportunita’ storika li tpoggiet quddiema.

L-Amerika
Falliet ukoll l-Amerika. L-Amerika ta’ Clinton bghatiet biex fehmet x’kien l-ahjar ghall-Palestina u l-Israel. Meta Clinton fehem u ta’ s-sehem kbir tieghu, kien tard wisq biex isalva lil Barak u l-ahjar Pjan ta’ Paci li tpogga fuq il-mejda tan-negozjati fis-snin kollha li ilha sejra din it-tragedja.

Illum nibku naraw dak li qed jigri. Falla ukoll Powell. Is-segretarju tas-segretarjat Amerikan, il-General Powell li intbghat mill-President Bush fl-Art Imqaddsa f’attentat iddisprat u tard wisq li jevita aktar dmija u stragi. Powell qata figura miskina fil-mawra tieghu fil-Palestina u fl-Israel. Pero’ Powell hu bniedem intelligenti. Bhala suldat ta’ esperjenza kbira ra bizzejjed biex jifhem li jekk l-Amerika trid il-paci ma jistax ikun li thalli lill-Palestinjani u lill-Israeliti wahedhom. Powell fehem li wahedhom dawn mhu ser jaslu qatt. Fehem li t-tragedja Palestinjana hi xi haga li tkexkex. Mhiex l-istampa mcajpra li tidher minn Washington.

Powell fehem li l-President Bush ghamel zball enormi li ghal hmistax-il xahar shah halla lill-Israel u lill-Palestinjani jaqghu fil-livell ta’ disprament li waqghu fih. Is-suwicidji u l-qtiel ta’ Israeliti nnocenti hu att ta’ disprament. Att bla sens li ma jistax ikun gustifikat qatt. Huma atti li bilfors kienu ser igibu maghhom atti ohra ta’ disprament. L-invazzjoni tal-Palestina mill-Israeliti u l-barbarizmu li rajna f’dawn l-ahhar gimghat huma atti ta’ disprament li ma jistghux ikunu gustifikati.

Soluzzjoni
Il-President Bush ittratiena zzejjed. Il-piz tal-Amerika llum bhala l-pulizija tad-dinja hu kbir wisq. Hu izda piz li ma tistax tahrab minnu. Il-forzi internazzjonali, in-Nazzjonijiet Uniti u tal-Unjoni Ewropea ghadhom fjakki wisq biex jiccaqalqu b’urgenza u b’hila u jevitaw it-tragedji. Ghal darb’ohra dawn fallew ukoll. Izda kulhadd jittama li l-Amerika ticcaqlaq. Kulhadd jikkritika lill-Amerika u kulhadd irid mill-Amerika. Tal-Unjoni Ewropea, l-aktar li ghandhom ghalfejn jisthu. Il-fatt hu li l-Amerika ma ccaqalqietx. Ghax Bush abbanduna x-xoghol ta’ Clinton, jew ghax ma kienx jifhem, jew ghax ma ridx, il-Palestinjani u l-Israeliti thallew jghoddsu fi tragedja akbar minn qatt qabel.

Jista’ jkun li l-fatt li l-Israel issa gab sitwazzjoni li qed tkexkex anke l-aktar hbieb fidili ta’ Israel stess u li l-Palestinjani twaqqghu fl-aktar livell ta’ disprament li qatt thallew jaqghu fih ser iggib hafna kbarat f’sensiehom bizzejjed li jiccaqalqu bil-kbir. L-istess wiehed jittama ghal Sharon u ghal Arafat. Dawn jafu li id-dinja ma tiflahx aktar din il-pjaga.

Jista’ jkun li Powell juza l-influwenza enormi li ghandu fil-gvern u fil-forzi militari Amerikani u jgieghel lill-Amerika timponi Pjan ta’ Paci fuq l-Israel li jaghmel sens ghas-snien li gejjien. Pjan li jghatti l-ugieh tal-lum u jipperpetwa t-tragedja u l-umilta’ tal-Palestinjani kif iridu l-fanatici fl-Israel ma jahdimx. Izda mhux l-Israeliti kollha fanatici. Anzi, l-maggoranza tal-Israeliti llum huma genwinament imbezzghin. Sa ftit ilu, jigri x’jigri, kellhom fiducja li kollox fl-ahhar mill-ahhar imur ghall-ahjar. Mhux aktar. Illum il-Lhud jafu li l-Israel m’ghandux futur bla paci. Izda l-Istat hieles tal-Palestina mhux ser tigi wahdu.

Ghax it-tragedja tal-lum kisret l-istrutturi li kienu bdew jinbnew biex fuqhom jinbena l-Istat tal-Palestina. Issa bilfors trid tidhol l-Amerika. Maghha wkoll il forzi tas-sigurezza internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea. U ma jistax jintilef zmien aktar. Bilfors trid tidhol l-id b’sahhitha ta’ min hu setghan u ghandu il-hila jasal. Jridu jigu ivvutati somom enormi ta’ flus biex il-pjan jirnexxi. L-Amerika biss taffordja.

J’alla mit-tragedja tinbet il-paci vera. Ghal dan il-Maltin jitolbu l-Alla l-imbierek. Ftit aktar jistghu jaghmlu l-Maltin. Ix-xalpa mal-ghonq ftit li xejn tiswa.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent