logo

Labour force survey
l-aktar studju dettaljat li qed isir dwar ix-xoghol huwa dak mahdum mill-NSO maghruf bhala l-labour force survey. L-ahhar rapport li hareg hu dak li hareg ghall-Settembru 2001.

 


 L-overall employment rate ta’ pajjizna ghadha baxxa mqabbla ma dik ta’ pajjizi ndustrijalizati, specjalment pajjizi Ewropej, u l-percentwali hu ta’ 54.7% tan-nies disponibbli ghax-xoghol

 Id-differenza bejn ir-rata ta’ rgiel li jahdmu u nisa li jahdmu hi ta’ 44.2%, din turi zieda ta’ 1.5% fuq perjodu ta’ sena u nofs

 L-overall activity rate hi ta’ 58.4%, din hi rata baxxa u fil-kaz tan-nisa, r-rata matul dan l-ahhar 18 – il xahar nizlet b’1.6%

 Skond il-labour force survey, fuq l-ahhar 18 – il xahar ir-rata ta’ nies ma jahdmux naqset b’0.5% u m’hemmx differenza bejn ir-rata ta’ nisa u rgiel ifittxu x-xoghol

 Naqas fuq dan l-ahhar 18 – il xahar il-percentagg ta’ nisa jahdmu fl-eta ta’ bejn 35 u 44

 Il-youth employment rate f’pajjizna hi baxxa u turi rata ta’ 54.6% taz-zghazagh kollha disponibbli ghax-xoghol. Fost iz-zghazagh maskili r-rata hi ta’ 57.5%, waqt li ta’ tfajliet hi 51.5%

 Minn dawk kollha jahdmu 2.4% jahdmu fil-biedja, 31.3% jahdmu fl-industrija u 66.3% jahdmu fl-intraprizi li joffru s-servizzi

 Tnejn minn kull tlett haddiema jahdmu fis-settur privat

 Ir-rata tas-self employed f’pajjizna hi baxxa meta mqabbla mar-rata ta’ pajjizi ohra b’modd partikolari fejn jidhlu n-nisa. Minn dawk kollha li jahdmu hemm 13.7% li jahdmu bhala self employed

 F’Malta ghandna 7.2% ta’ dawk kollha li jahdmu huma part timers. Minn dawn il-bicca l-kbira huma nisa, infatti 16.7% tan-nisa kollha li jahdmu, jahdmu bhala part timers

Politka dwar ix-xoghol
L-Employment and Training Corporation illum qed tanalizza l-figuri kollha li ghandha ghad-disposizzjoni taghha dwar nies li jahdmu, nies li ma jahdmux u d-dettalji li issa akkumulat mir-ricerka kollha li taghmel biex fasslet numru ta’ policies li jirrigwardja l-kamp tax-xoghol. Dawn il-policies huma mdahhla fil-Joint Assessment Paper on the Employment Policy Priorities of Malta, dokument li gie iffirmat mill-gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea fis-26 t’Ottubru 2001. L-Employment Policies ewlenin huma dawn:

 Li jkun analizzat l-effett tat-taxxi u tal-beneficcji socjali bil-ghan li jitnehhew dawk li jissejhu “poverty traps” u li jinholqu incentivi addattati biex dawk li ma jahdmux u dawn fil-popolazzjoni huma inattivi wkoll jersqu fil-kamp tax-xoghol u jinstabilhom impjieg.

 Li tghola r-rata ta’ nies jahdmu f’pajjizna, b’modd partikolari li tghola r-rata ta’ nisa li jahdmu u li jkunu mhaddma sistemi li joholqu opportunitajiet godda biex tickien id-differenza bejn in-numru ta’ irgiel u nisa li jahdmu.

 Din il-policy ukoll tipromwovi legislazzjoni gdida li toffri kundizzjonijiet aktar agevolati biex filwaqt li jahdmu aktar nisa tkun tista’ tissahhah ukoll il-familja.

 Jithaddmu skemi biex tkompli tonqos dik li tissejjah “informal sector”, dik li sa ftit ilu kienu jghidulha b’mod negattiv “the black economy”, jigifieri s-settur ta’ dawk li jahdmu minghajr ma jkunu jidhru fuq il-kotba.

 Li jithaddmu skemi biex ikun hemm matching ahjar bejn id-domanda ghax-xoghol u s-supply ta’ xoghol. Dan billi jithaddmu sistemi ahjar ta’ vocational training bil-partecipazzjoni tal-imsiehba socjali u li jithaddmu skemi li jghollu l-livell ta’ skills li ghandhom il-haddiema Maltin l-aktar dawk li huma meqjusa bhala zvantagjati. B’din il-policy l-awtoritajiet jridu jhadmu skemi li jghollu l-livell ta’ snajja’ ta’ dawk li jahdmu, li jirristrutturaw is-settur pubbliku biex jigu utilizzati ahjar in-nies disponibbli ghall-gvern u li jithaddmu skemi u incentivi biex il-haddiema li llum qed jahdmu f’setturi mhux produttivi jigu mqassma f’xoghol aktar produttiv. Ma din il-policy tidhol ukoll il-kampanja biex jonqsu n-numru ta’ haddiema illiterati.

 Li jkunu zviluppati ahjar mizuri li jinkoragixxu l-holqien ta’ aktar impjiegi u li jkun hemm koordinament tal-mizuri kollha mhaddma mis-setturi differenti u li s-settur pubbliku jindirizza ahjar il-problemi li jolqtu setturi partikolari u gruppi ta’ haddiema partikolari.

 Li jittiehdu l-mizuri biex f’Malta jitwaqqfu l-istituzzjonijiet u jinholqu l-mezzi biex f’pajjizna tkun tista’ tithaddem il-European Social Fund.

Il-prattika
Meta tghasar dan kollu issib dak li qed jigri repetutament f’pajjizna. F’pajjiz zghir bhal taghna: qeghdin dejjem aktar indahhlu fil-policy papers taghna frazijiet u proposti li jidhru sbieh fuq il-karta izda x’hin nigu ghar-realta’ kull darba nehlu. Noholqu dejjem aktar organizazzjonijiet, inkabbru dejjem aktar is-settur pubbliku pero’ ma nkejjlu qatt l-impatt ta’ dan kollu u ma nahsbu qatt jekk dak li jkun propost minn esperti go Brussels hux bilfors adattabbli ghal Malta. Qiesu ninsew illi biex tkun taf il-problemi ta’ pajjizna u biex tahseb b’mizuri li jistghu jitwettqu malajr m’hemmx xi diffikulta’ kbira. Ninsew li pajjizna mhux il-Germanja jew Franza, fejn trid ix-xhur biex tara dak kollu li hu mehtieg. F’pajjizna kullimkien tefa’ ta’ gebla. Tidhol f’postijiet tax-xoghol bl-anqas diffikulta’, tista’ titkellem mas-sidien tal-intraprizi individwalment, tista’ tindividwalizza l-problemi ta’ pajjizna mhux biss qasam b’qasam, izda intrapriza b’intrapriza, persuna b’persuna.

Jien l-esperjenza tieghi ghalmitni li l-policies u l-indikazzjonijiet huma haga izda t-twettiq irid ikun adottat bl-aktar mod cost effective skond il-htigijiet taghna. Jidher izda illi filwaqt illi nindikaw it-triq gusta qieshom li l-awtoritajiet jitfixklu x’hin jigu biex iwettqu. X’uhud mill-problemi huma dawn:

Beneficcji socjali u minimum wage
Id-differenza bejn il-beneficcju li jircievu minn hu intitolat ghall-assistenza socjali, l-aktar dawk li ghandhom it-tfal, u l-paga minima nazzjonali hi negligibbli. F’certi kazi anzi, dak li jkun, jaqbillu ma jahdimx milli jmur jahdem bil-paga minima. Suppost li din hi wahda mill-problemi li kellha tirraporta dwarha l-Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Riforma fil-Welfare li twaqqfet fl-1999. Din il-Kummissjoni izda m’ghadiex tiffunzjona wara li telaq ic-Chairman li kellha. Il-problema izda ghadha hemm flimkien mal-problemi l-ohra li suppost kellha tanalizza din il-Kummissjoni.

Li hu zgur hu li s-sistema tal-beneficcji socjali waqt il-qaghad mhiex tinkoragixxi l-holqien ta’ aktar xoghol. Wasalna fi zmien li rridu nahsbu bis-serjeta’ jekk taghmilx aktar sens li minflokk jinghataw flus bhala beneficcji lil min ma jahdimx, l-istess flus jinghataw lil sidien ta’ intraprizi li lesti biex ihaddmu lin-nies li jkunu bla xoghol. Huma hafna l-intraprizi li ghandhom job vacancies pero’ ma jifilhux izidu hafna l-piz ta’ hlas regolari ta’ pagi u salarji.

Inwiegbu ahjar ghall-htigijiet tas-suq tax-xoghol
L-ahhar survey dwar it-tahrig vokazzjonali li gie ppubblikat f’Ottubru 2001 wera li ghalkemm 60% tas-sidien tal-intraprizi jiprovdu xi forma ta’ tahrig vokazzjonali lill-haddiema taghhom, tnejn minn kull tlieta izda, jghidu li l-iskills li ghandhom l-impjegati taghhom huma bizzejjed. Dan juri li ghad ma tezistix kuxjenza qawwija bizzejjed fost il-haddiema u s-sidien kemm hu importanti illi l-iskills tan-nies tax-xoghol ikunu kontinwament mizjuda u aggornati jekk Malta trid tibqa’ persistentement kompettitiva. Jien nemmen li l-iskemi li qed ihaddem il-gvern illum m’humiex jilhqu l-ghanijiet taghhom u l-konsegwenza ta’ dan hu li hafna intraprizi l-aktar iz-zghar m’humiex joholqu l-opportunitajiet ta’ xoghol li ghandhom il-hila li joholqu. Jidher li qed nikkoncentraw fuq l-istituzzjoniijet u mhux tant fuq ir-rizultati. Settur wara settur li jmiss maghhom jien jghiduli li m’humiex ikabbru u m’humiex izidu fl-impjiegi ghal raguni li jew m’hemmx inkoragiment, jew li l-iskemi tal-MDC, tal-IPSE u ta’ l-ETC m’humiex adekwati ghalihom jew m’humiex imfassla sewwa, jew ghax m’humiex isibu l-kapitali finanzjarju u l-krediti minn ghand il-banek ghaliex intraprizi zghar huma dejjem fl-ahhar tal-kju ghall-finanzjamenti, jew inkella ghaliex illum f’pajjizna biex tiftah jew tkabbar negozju jew biex tohrog progett gdid literalment jaqlawlek fwiedek. Ma dan kollu issa zdiedet l-incertezza f’hafna setturi li llum jaqghu taht il-protezzjoni. Dan l-ahhar per ezempju l-gvern tana d-dokument rivedut dwar l-assistenza li s-setturi tal-agrikoltura biex dawn ikunu jistghu jibqghu jfendu meta jitnehhew il-levies. Id-dokument izda ma juriex apprezament tas-sitwazzjoni reali u ghalkemm is-somom ta’ flus disponibbli issa huma hafna akbar milli kienu qabel, xorta wahda l-imprenditur ma jafx fejn hu. Ma jafx kif ser jiehu l-assistenza u ma jafx jaqbillux jindahal ghar-responsabiltajiet godda meta quddiemu qed jara futur mhux cert.

Incertezza
Ghandna problema ta’ nuqqas ta’ xoghol f’pajjizna li qed tikber. Ghandna istituzzjonijiet u nies kapaci li qed iqumu lill-pajjiz miljuni tal-liri u li xogholhom hu li joholqu x-xoghol. Dan izda mhux qed isir. Mill-banda l-ohra, ghandna imprendituri li ghandhom il-progetti, ghandhom l-idejat u l-energija u jridu joholqu x-xoghol. Dawn jghidu li hlief tfixkiel ma jsibux. Xi haga fl-ingranagg tas-sistema hi hazina hafna. Qiesu li l-kaptani u l-ufficjalita’ kollha fuq il-bridge, u fl-engine room, ma jinzel hadd minnhom biex jara li fil-magni tal-vapur hemm il-problemi. Li jekk ma jitrangawx jieqaf kollox.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent