logo

Hafna qed jispekulaw x’effett jista’ jkollha decizjoni li l-Elezzjonijiet Generali li jmiss u r-referendum dwar s-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jsiru fl-istess gurnata. Ohrajn ghadhom okkupati janalizzaw ir-rizultati tal-ahhar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Id-diskussjoni wkoll ghaddejja dwar kemm il-gvern qed jirnexxielu jew le isib tarf tal-problemi li qed jakkumulaw fl-ekonomija Maltija.

 


Mandat
Ir-referendum dwar is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jrid isir. Il-Partit fil-gvern wieghed dan ir-referendum fil-programm elettorali tal-elezzjonijiet tal-1998 u ghalkemm ic-censura hi wahda ta’ natura politika, partit politiku jkun jissogra ferm politikament f’dik li hi kredibilita’ jew weghda bhal din ma tinzammx. Ukoll il-programm tal-gvern matul dawn is-snin mill-elezzjoni tal-1998 ‘l hawn kien kwazi ghal kollox iffukat fuq il-mandat li akkwista b’maggoranza qawwija ta’ hames deputati fil-Parlament li jinnegozja l-ahjar kundizzjonijiet possibbli u jersaq ghall-verdett tal-poplu f’referendum qabel jorbot. Dan il-plegg mhux biss jafuh il-Maltin izda tafu wkoll il-Kummissjoni Ewropea li maghhom jinnegozja l-gvern Malti u li zgur jesigu li qabel jiffirmaw is-shubija ta’ Malta jkunu jridu jaraw il-verdett tar-referendum.

Il-makkinarju politiku tal-partit fil-gvern ukoll huwa iggerjat sewwa ghar-referendum. Mela ma narax kif il-gvern jista’ jevita ir-referendum gala darba n-negozjati jkunu tlestew. Jekk ma jitlestewx mill-banda l-ohra l-gvern Malti jkun tilef battalja kbira li fiha investa hafna. Il-programm kollu tal-gvern kien li jwassal n-negozjati ghall-eghluq sa l-ahhar tas-sena 2002 biex matul l-2003 igib ir-ratifiki kollha tal-gvernijiet tal-pajjizi imsiehba u jaqghad kollox biex Malta tkun tista tiddahhal fl-Unjoni Ewropea fil-bidu tas-sena 2004.

L-2003
Dan il-perjodu jahbat ezatt mat-tmiem tal-mandat tal-gvern li ma ninsewx beda f’Settembru 1998 u jaghlaq mat-tmiem is-sena 2003. Dawk fl-Ewropa li jridu jaraw lil Malta fl-Unjoni dan jafuh ukoll. Dawn qed jghinu lill-gvern Malti biex jaqghad kollox qabel l-Elezzjoni li jmiss. Minn naha tal-Kummissjoni Ewropea wkoll qed isiru spejjez kbar u hafna xoghol biex l-applikazzjoni ta’ Malta tkun tista’ titmexxa ‘il quddiem skond il-programm tal-gvern Malti. Din xi haga li wkoll issa qed tipprejokuppa lil ta’ Brussels ghaliex ma jridux li l-isforz li hlew fuq Malta ma jtirx mar-rih.

X’inhu l-argument
Teknikament jekk ser issir elezzjoni fejn partit wiehed jghid li jrid jissieheb skond il-kundizzjonijiet miksuba u l-partit l-iehor jghid li ma jridx jissieheb u jippreferi rabta mod iehor allura r-referendum jista’ ma jsirx. Izda hawn hu l-argument li wiehed illum qed jiddiskuti. Imma ezattament x’jaqbel ghal pajjizna? Jaqbel li partit jorbot kollox fuq is-shubija jew mhux fuq shubija? Min jaqbel jghid li partit politku li jemmen fis-shubija fl-Unjoni Ewropea bhala l-ahjar triq ghandu l-politika kollha tieghu marbuta ma din it-triq. Effettivament jigifieri partit li jemmen fis-shubija bhala soluzzjoni ta’ kollox ma tantx ikun jista’ jigverna jekk programm alternattiv ma jkollux. Ghalhekk jekk referendum jghidlu li t-triq tas-shubija shiha mhux accettata mill-poplu Malti, allura, ma jkunx jista’ jibqa’ jigverna ghaliex jkun qieghed ikun imgieghel ihaddem politika li mhux biss mhux programmata ghaliha izda lanqas ma jemmen fiha. Ghax ikun jemmen anzi li jekk l-ghazla li jkun ghamel il-poplu Malti ma jwettaqiex u jimminha, ikun qed jaghmel sewwa skond l-ideali tieghu. F’tahwida bhal din, partit li jemmen fl-Unjoni Ewropea skond kundizzjonijiet li jkun innegozzja huwa stess, bilfors li jkollu jirrofta li jigverna. Ghal darb’ohra jekk jemmen fil-kredibilita’ politika.

L-istorja, sa certu punt, hi l-istess ghall-partit l-iehor. Jekk partit jemmen li shubija shiha mhiex tajba, u li s-sovranita’ m’ghandiex tkun issagrifikata bl-ebda mod, u li l-alternattiva ta’ arrangamenti specjali hi ahjar mill-kundizzjonijiet li jkun ftiehem gvern li jemmen fis-shubija ma jemminx li hi l-ahjar ghall-pajjizna, ma jistax b’mod kredibbli jmexxi. Dan ghaliex effettivament jkun irid jhaddem politika li huwa jkun cahad u kkampanja kontriha.

Elezzjoni/Referendum
Hawn insaqsi izda, l-poplu xi jrid? Vera li l-poplu Malti jara d-dinja u r-realta’ politika mill-lenti taz-zewg partiti politici Maltin biss? Nahseb li l-maggoranza hekk jarawha. Izda naf ukoll mill-esperjenza ta’ hafna u hafna li niltaqa’ maghhom li numru dejjem jikber ma jarawhiex hekk. Jezistu numru ta’ votanti li fl-opinjoni tieghu jistghu jkunu determinanti kemm fl-elezzjoni generali kif ukoll f’referendum li ma jemmnux li partit b’nies ta’ esperjenza u ta’ hila ghandhom isibuha bi tqila biex imexxu l-pajjiz ghall-mandat ta’ hames snin jekk referendum jaghti verdett li ma jkunx jaqbel mal-linja taghom dwar l-Ewropa. Kull manager ta’ esperjenza jaf li minn zmien ghal zmien ikollu jaqdef u jmexxi skond policies approvati mid-diretturi tieghu anke jekk dawn jbidlu hafna minn dak li jkun imdorri u li jkun jippreferi jaghmel. Manager tajjeb iwettaq. F’kuntest politiku modern il-politiku fi gvern hu wkoll manager. Huwa wkoll policy maker, izda l-policies li jfassal huma skond il-mandat li jtih l-elettorat. Nara ghalhekk li hu possibbli li partit kapaci jhaddem mandat ta’ shubija meta bhala partit kien jippreferi triq ohra. Possibbli wkoll li partit fil-gvern imexxi f’forma ohra ta’ partnership ma l-ewropa jekk il-mandat tal-poplu hekk ikun jghid.

Decizjoni ghaqlija
Jien nahseb li l-partiti politici jridu jistenbhu ghal din ir-realta’. Wara kollox Malta fl-ahhar tas-sena 2003 ser tkun Malta tal-acquis communautaire. S’issa hadd mhu qed izomm lill-gvern milli jibqa’ ghaddej bit-twettiq tal-acquis f’pajjizna b’mod programmat. Il-konsegwenzi qed jinhassu. Decizjoni fin-negozju l-aktar dawk importanti: niftahx negozju, nghalaqx, inkabbarx, inbieghx – kollha qed jittiehdu skond kif jiddeciedi dak li jkun jaqbilx jew le ma dak li qed isir it-twettiq tal-acquis. Dak li qed isir illum, kemm it-tajjeb kif ukoll il-hazin, ma tantx ser ikun jista’ jitregga lura. Mhux biss ghax ikun jinvolvi xoghol kbir, kitba ta’ ligijiet mill-gdid, holqien ta’ instituzzjonijiet u hafna u hafna xoghol li kull min imiss bis-serjeta’ ma’ dak li qed jigri f’pajjizna illum jaf x’jinvolvi. Ma narax li jkun possibbli li ndawru dak li qed isir illum. Ma narax l-anqas kif min ikun ghalaq ghax ma qabillux tkun ser iggibu lura. Ma narax kif min ikun tilef l-impjieg tkun ser ittiehulu lura. Ma narax kif min mill-banda l-ohra jkun sejjer tajjeb kif ser tghidlu li ser nibdillek. Ukoll ma narax li tkun gusta li wara li jkunu intefqu tant miljuni u nhlit tant energija, li nigu mbaghad biex indawru kollox b’infieq ta’ miljuni ohra ta’ flus il-poplu Malti. Barra minn hekk id-differenza bejn partnership kif irid il-partit tal-opozzizzjoni u shubija shiha kif iridha l-partit fil-gvern mhiex tant differenti fit-thaddim taghha internament. Id-differenza l-kbira tkun fir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ Brussels. Izda internament l-istrutturi u l-ligijiet ma jkunux jinhtiegu wisq bidliet fil-verita’.

Ghalhekk jien nahseb li partit b’mandat ta’ le jkun jista’, jekk jghid hekk minn qabel, jmexxi anke jekk ikun jemmen fl-iva u l-istess li partit li jippreferi le jkun jista’ jahdem b’mandat ta’ iva.

Hafna jahsadhom dan kollu. Ma jahsadhomx izda jekk jahsbu ftit kemm hawn Maltin li akkost ta’ kollox ma jivvutawx Labour qatt u Maltin ohra li ma jivvutaw Nazzjonalisti qatt u kemm mill-banda l-ohra qed jizdied in-numru ta’ nies, li l-ewwelnett jemmnu fil-htiega tal-bidla fil-gvern ghas-sahha tad-demokrazija f’pajjizna, u kemm hawn nies li generalment iridu jaraw nies godda fil-gvern b’idejat friski u b’anqas intricci.

Jiena nahseb li tal-Ewropa hi kwistjoni li taqsam liz-zewg partiti ewlenin u jista’ jkun li jkun ahjar li niddeciduha separatament mill-ghazla ta’ min irridu u ma rridux li jkun fil-gvern. M’ghandniex inharsu lejn din il-kwisjtoni bhala dogma. Ghandna nahsbu dwara b’mod intelligenti. Jista’ jkun, iva, li taghmel sens li fuq karta tal-vot wahda fl-istess jum il-poplu Malti jiddeciedi liema partit jrid li jmexxi lil Malta fil-hames snin li jkunu gejjin u fl-istess okkazzjoni jivvota wkoll iva jew le fuq is-shubija fl-Unjoni Ewropea. Partit fil-gvern jkun obligat imbaghad li ghal hames snin jwettaq mandat. Jien nahseb li qabel wiehed jghaggel jghid le, ghandu jahseb aktar li jiddeciedi fuq x’inhu l-ahjar interess tal-pajjiz. Il-poplu jitlob decizjoni ghaqlija.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent