logo

Ftit huma dawk li jafu ezattament xi jsir fil-Pitkalija ta¡¦ Ta¡¦ Qali u fil-Pixkerija l-Belt. Li jsir f¡¦dawk iz-zewg swieq nazzjonali izda jaffettwa bil-kbir il-kwalita¡¦ u l-prezzijiet tal-prodotti lokali bhal hut frisk, haxix u frott.

 


Swieq tal-ikel frisk f¡¦Malta
Fis-swieq l-aktar importanti tal-ikel frisk f¡¦pajjizna, dak tal-pitkalija ta¡¦ Ta¡¦ Qali u tal-Pixkerija fil-Port il-Kbir, il-GRTU tirrapprezenta lill-Kompraturi. Il-produttur Malti huwa l-Venditur li jwassal il-prodott tieghu f¡¦dawn is-swieq. Dawn normalment ikunu rapprezentati mill-koperattivi taghhom, il-koperattiva centrali tal-bdiewa fil-kaz tal-produtturi tal-frott u l-haxix frisk, u l-koperattiva nazzjonali tas-sajjieda fil-kaz tal-produtturi tal-hut frisk. Dawn is-swieq jitmexxew billi l-prodotti jittellghu ghall-bejgh mill-produttur u x-xejjer jersaq biex jixtri bil-Pitkal jaghmilha ta¡¦ irkantatur. Skond il-kwalita¡¦ u d-domanda suppost li jkun stabbilit il-prezz. Hemm ligijiet apposta li jigwidaw it-thaddim ta¡¦ dawn is-swieq izda llum tiddomina fuq kollox hemm il-Ligi tal-Kummerc Gust, li hija ligi bbazata fuq il-mudel tal-kompetizzjoni mhaddma fl-Unjoni Ewropea. Huwa x-xoghol tal-Pitkal f¡¦dawn is-swieq li jaghmel irkant u jizgura b¡¦mod apert li l-ahjar prodott igib l-ahjar prezz u li l-prodott kollu jinbiegh. Huwa wkoll permessibbli illi l-ghaqdiet tal-produtturi jizguraw li l-produttur Malti jkollu prezz gust tal-prodotti tieghu. Izda hadd, skond il-ligi ma jista¡¦ jimponi jew prezzijiet minimi mifthema li inqas minnhom il-produttur ma jbieghx u lanqas ma jkun hemm direttivi lix-xerrejja li jorbtuhom ma jixtrux bi prezzijiet oghla minn xi prezz mifthiem.

Il-GRTU ilha tinkwieta, ghan-nom tal-membri taghha, li fiz-zewgt iswieq qed ikun hemm manipulazzjoni organizata biex il-prezzijiet, aktar iva milli le, jibqghu gholjin. L-analizi tal-Indici tal-Prezzijiet ta¡¦ Malta turi li l-prezzijiet tal-hut frisk u l-haxix frisk jikkawzaw hafna drabi l-gholi fl-inflazzjoni ta¡¦ pajjizna. Il-GRTU ghalhekk ilha tinsisti li ghandhom isiru r-riformi mehtiega biex dawn is-swieq jithaddmu b¡¦mod aktar apert u jithaddmu aktar sistemi moderni u jkun evitat li jkun hemm kartelli ta¡¦ fornituri li jikkapparaw is-suq u jiddettaw il-prezzijiet, li jkun hemm bejgh li jsir minn taht mill-maghzulin lill-maghzulin u li jkun hemm kuntratti li jsiru barra s-swieq stabbilliti skond il-ligi li effettivament izommu l-prezzijiet gholjin u l-fornitura skarsa.

Il-Pixkerija
Fil-Pixkerija ta¡¦ Malta tithaddem sistema fejn is-sajjied Malti jwassal fuq is-suq dak il-hut illi ma jkunx diga¡¦ ikkuntrattjat lill-barranin. Fil-kaz tat-ton hemm kuntratt stabbilit li bih il-Koperattivi tas-Sajjieda jgghelu lill-membri taghhom jbieghu bi prezz stabbilit u l-kuntrattur ikun obligat illi jiehu minn fuq is-suq Malti sa 80% tal-hut maqbud. Il-hut li jinbiegh lill-barranin ikun ta¡¦ l-oghla kwalita¡¦ u dak ta¡¦ kwalita¡¦ inferjuri jibqa¡¦ fuq is-suq Malti. Din issir wkoll fil-kaz tal-pixxispad u l-barrani ghandu wkoll l-ghazla li jixtri l-hut frisk b¡¦kompetizzjoni diretta mal-Maltin is-sena kollha. Dan fil-fatt jigri kull meta fis-suq ikun hawn hut bizzejjed li jhajjar lill-barranin jixtru. Ta¡¦ min wiehed jghid hawn illi dak hu possibbli, u ¡¥l quddiem issir possibbli aktar, ghaliex bhala medja l-prezzijiet tal-hut f¡¦Malta huma ta¡¦ bejn wiehed u iehor 43% tal-medja tal-prezzijiet li bihom jinbieghu l-hut f¡¦pajjizi ohra Ewropej.

Fil-Pixkerija wkoll, kuntrarjament ghal dak li jsir fil-Pitkalija, x-xerrej Malti li ghandu licenzja ta¡¦ negozju, jigifieri l-fish monger u fish hawker, m¡¦ghandux preferenza fuq xerrejja ohra. Jigri ghalhekk illi x-xerrej Malti licenzjat bhala retailer qed isib dejjem anqas prodotti ta¡¦ kwalita¡¦ x¡¦jixtri u xi jbiegh lill-konsumatur Malti. Il-konsumatur Malti mill-banda l-ohra ma jafx bil-manipulazzjoni kollha li jsir fis-suq tal-hut frisk f¡¦Malta u ghalhekk iwahhal fil-bejjiegh tal-hut ghall-kwalita¡¦ inferjuri ta¡¦ certi prodotti u ghall-prezzijiet esagerati li minn zmien ghal zmien jintalab ihallas. Illum wasalna f¡¦sitwazzjoni fejn ir-retailer Malti qed jigi mgieghel jixtri mill-Pixkerija purkerija ta¡¦ prodotti bi prezzijiet mill-aktar gholja. Qeghdin ukoll f¡¦sitwazzjoni fejn ir-rapprezentanti tas-sajjieda jimponu l-prezzijiet li bih ghandhom jinbiegh l-hut frisk, haga li toggezjona ghaliha bl-aktar modd qawwi l-GRTU. Dan mhux ghax xi hadd irid jaghmel hsara lis-sajjieda izda ghaliex ma nistghux f¡¦pajjizna nghidu li nemmnu fil-kummerc gust u naghmlu ligijiet li suppost jizguraw li ma jsirux affarijiet bhal dawn, imbaghad koperattiva bhal dik nazzjonali tas-sajd tithalla timponi prezzijiet minimi fuq prodott essenzjali bhal ma huwa l-hut frisk.

Ufficcju tal-Kummerc Gust
Min jemmen verament illi f¡¦Malta wkoll ghandha tithaddem sistema ta¡¦ kummerc gust, jifhem mal-ewwel li dak li qed isir fil-Pixkerija ghandu jaqa¡¦ taht il-kompitu tal-Ufficcju tal-Kummerc Gust. Dan ghandu jara illi ma jkunx hemm ksur tal-ligi tal-Kummerc Gust billi jigri dak li qed isir illum, jigifieri li jkunu stabilliti prezzijiet fissi minn qabel u jkun hemm manipulazzjoni tas-suq. L-Ufficcju tal-Kummerc Gust ghandu jara wkoll li ma tkunx kontrollata, b¡¦penalitajiet miftehma, l-kwantita¡¦ ta¡¦ hut frisk li minn zmien ghal zmien tkun imhallija tohrog fuq is-suq Malti bi skop car li jinzammu gholjin il-prezzijiet lill-konsumatur. L-Ufficcju tal-Kummerc Gust ghandu jara wkoll li ma ssirx diskriminazzjoni f¡¦dik li hi kwalita¡¦ bejn il-kwalita¡¦ ta¡¦ hut li jinbiegh lill-barranin ghall-esportazzjoni u l-kwalita¡¦ ta¡¦ hut li tibqa¡¦ disponibbli ghall-konsum lokali.

Hija r-responsabbilta¡¦ wkoll li l-Ufficcju tal-Kummerc Gust jara wkoll li bl-ebda mod m¡¦ghandu jkun hemm ftehim, miktub jew le, li jimponi prezzijiet minimi fuq is-suq. Kull ftehiem, hu x¡¦inhu, ghandu jghaddi qabel ikun implimentat u approvat mill-awtoritajiet, lill-Ufficcju tal-Kummerc Gust li jkun obbligat jizgura li kull kuntratt referiet lilu jkun skond il-ligi tal-Kummerc Gust. L-Ufficcju tal-Kummerc Gust ghandu jiddikjara li kull kuntratt jew ftehiem li ma jkollux l-approvazzjoni tieghu jkun null u l-Ufficcju ghandu jimponi l-konsegwenzi skond il-ligi.

L-Ufficcju tal-Kummerc Gust ghandu jara li ma jkunx hemm impozizzjoni aktar ta¡¦ kontrol fuq l-importazzjoni ta¡¦ hut frisk meta s-suq l-lokali jkun nieqes mill-hut frisk u meta l-prodott Malti jkun mibjugh lill-barranin fi proporzjonjiet kbar bi prezzijiet li l-konsumatur Malti ma jkunx jiflah ghalihom u s-suq Malti jibqa¡¦ mcahhad minn kwantita¡¦ adekwata ta¡¦ hut frisk. L-enfasi hawn ghandha tkun li jekk hemm barranin li lesti joffru prezzijiet tajbin ghall-hut maqbud mis-sajjieda Maltin u li huma lesti li jhallsu l-prezz oghla ghall-hut, per ezempju t-tonn, li l-kwalita¡¦ tieghu tkun aktar addattata ghas-suq taghhom, bhal per ezempju it-tonn kbir bla ebda girfa ghas-suq Gappuniz fejn it-tonn jittiekel nej, dan ghandu jibqa¡¦ jsir biex is-sajjied Malti jgawdi qliegh ahjar izda fl-istess hin ghandu wkoll jinfetah is-suq Malti ghall-importazzjoni ta¡¦ tonn frisk iehor ta¡¦ kwalita¡¦ u prezz accettabbli ghall-konsumatur Malti. M¡¦ghandiex tibqa¡¦ tirrepeti ruhha l-farsa li kwazi t-tonn Malti kollu jitlaq il-Gappun u l-konsumatur Malti jissallab biex jixtri mill-ftit tonn li jkun baqa¡¦ ghax ma jkunx inxtara mill-Gappunizi. Dan meta fis-suq Malti jkun jista¡¦ jigi mpurtat tonn iehor li jkun addattat ghas-suq Malti.

Il-GRTU issostni li jekk l-Ufficcju tal-Kummerc Gust mhux f¡¦pozizzjoni li jaqdi dawn id-dmirijiet, allura l-gvern ghandu jwaqqaf b¡¦ligi Regulatur ghas-Swieq tal-Ikel Frisk b¡¦poteri li jintervjeni biex jara li f¡¦pajjizna jinqatghu l¡¦abbuzi u l-manipulazzjoni ta¡¦ prodotti tal-ikel friski.

Soluzzjonijiet
Il-kwistjoni li nholqot dan l-ahhar bejn il-GRTU u l-Koperattiva nazzjonali tas-sajd inholqot precizament ghaliex il-mekkanizmi li qed jahdmu fuq is-suq Malti mhux qed jiffunzjonaw tajjeb u bhal kull haga ohra li ma tahdimx tajjeb minn zmien ghal zmien jaqbada break down. Din issa ofritilna opportunita¡¦ biex nibdlu li ghandna nibdlu u nsahhu ruhna biex kemm il-produttur Malti kif ukoll il-bejjiegh ikun f¡¦pozizzjoni li jiffaccja l-isfidi tal-lum u ta¡¦ ghada. Il-GRTU diga¡¦ rnexxiela tikkonvinci lill-gvern biex idahhal sistema ta¡¦ licenzji tan-negozji li tizgura li min irid jinnegozja f¡¦Malta irid ikollu l-kwalifika mehtiega. Dan biex jinqata¡¦ l-abbuz tal-lum li kull min ifettilu jibda jbiegh bla licenzja u bla kwalifika¡¦ u wkoll biex jigi evitat li l-barranin jaqbdu u jinzlu Malta u jinnegozjaw f¡¦pajjizda ghas-skapitu tan-negozjant f¡¦Malta.

Fil-kaz tal-bejjiegha tal-hut il-GRTU ghamlet dawn it-talbiet:

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li kull forma ta¡¦ price fixing ghandha tieqaf.

„X Kull ftehim li jirristringi l-ammont ta¡¦ hut frisk disponibbli fuq is-suq Malti u kull ftehim, hu x¡¦inhu, li jimponi prezzijiet li jiddominaw is-suq lokali ghandu jkun riferut ghall-approvazzjoni tad-Direttur tal-Ufficcju tal-Kummerc Gust.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li l-hut frisk kollu li skond il-ligi ghandu jittella¡¦ l-Pixkerija fil-fatt jittella¡¦.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li l-Pixkerija tahdem skond il-hinijiet stabbiliti mill-ligi.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li jinbidlu r-regolamenti biex ikun hemm hin apposta li fih fil-Pixkerija jidhlu biss, u l-ewwel qabel kull xerrej iehor ix-xerrejja li ghandhom il-licenzja bhala fish hawkers jew fish mongers. Kull xerrej iehor jidhol jittrejdja biss meta jkun skada l-hin stabbilit ghall-kompraturi licenzjati.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li l-bejgh isir bl-uzin.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jizgura li s-suq Malti jkun kontinwament fornut bi kwantita¡¦ ta¡¦ hut frisk bizzejjed ghad-domanda fuq is-suq Malti u dan billi meta jkun hemm nuqqasijiet johrog il-licenzji ghall-importazzjoni.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li ma jkunx hemm ftehim li jcahhad lis-suq lokali minn kwalita¡¦ superjuri ta¡¦ hut frisk ghaliex is-suq Malti jkun limitat biss ghall-hut inferjuri bhal ma jsir fil-kaz tal-kuntratt tat-tonn. F¡¦cirkostanzi bhal dawn ukoll id-Direttur tas-Sajd, ghandu, jekk tinqala¡¦ l-htiega, jaghti permess ghall-importazzjoni ta¡¦ hut alternattiv ta¡¦ kwalita¡¦ accettabbli ghall-konsum lokali.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li l-Fisheries Officers ikunu adekwatament imharga biex jaraw li l-Pixkerija tahdem bhala c-centru kummercjali ewlieni ghat-transazzjonijiet kollha ta¡¦ hut frisk f¡¦pajjizna.

Nhar il-gimgha 15 ta¡¦ Marzu 2002 bdew it-tahdidiet fuq dawn il-punti u wiehed issa jittama li jintlahaq ftehim fl-ahjar interess ta¡¦ kulhadd, zgur mhux lanqas tal-konsumatur Malti li jixraqlu jgawdi minn fornitura ta¡¦ hut frisk b¡¦mod regolari, ta¡¦ kwalita¡¦ konsistenti u bi prezzijiet li jiflah ghalihom.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent