logo

Ir-rizultat tas-survey juri li id-domanda generali ghall-prodotti ghada baxxa, rifless ta l-andament kajman ta l-ekonomija Maltija. Ir-rizultat juri ukoll li l-livell ta’ income disponibbli ghall-household maltija ghadu baxx u nieqes minn dak id-dhul extra li normalment jirrifletti ruhu f’bejgh f’appliances u oggetti ohra normalment esibiti fit-Trade Fair. L-iskemi li offrew in-negozji li esebixxew ma kienux bizzejjed biex jinkoraggixxi tkabbir fil-bejgh. Inhasset ukoll bil-kbir iz-zieda fit-taxxa fil-Vat li din is-sena telghet ghal 18% minn 15% li kienet is-sena l-ohra. L-impatt tal-bejgh baxx ser jinhass fix-xhur li gejjin minn negozjanti maltin ghaliex il-bejgh tal-fiera hu parti importanti mill-business plan ta’ hafna negozji. Il-livell tal-bejgh jirregistra l-andament ukoll f’dak li hu tkabbir jew tnaqqis kemm ta investiment kif ukoll ta impjiegi fis-settur kummercjali.




Il-GRTU qed tistudja ir-rapport tas-survey fid-dettal u ser tressaq proposti lill-gvern biex l-awtoritajiet jiehdu b’aktar serjeta’ is-sitwazzjoni mwieghra fis-settur kummercjali. Fost il-proposti tal-GRTU zgur li hemm dik li il-gvern jikkunsidra bis-serjeta id-decizjoni tieghu li jimponi Eco-tax mill-ewwel ta’ Awwissu 2004. Din it-taxxa ser tolqot hazin l-aktar lil numru ta’ setturi b’zieda fit-taxxa maz-zieda li diga qed isoffru bil-VAT u s-setturi li ser jergghu jintlaqtu hazin huma dawk tal-airconditioners, domestic appliances u prodotti tal-elettronika.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent