logo

IL-GRTU kienet, ghada, u tibqa kontra l-bejgh ta’ merca minn fuq vapuri sorguti fil-portijiet Maltin. Din il-pozizzjoni il-GRTU ma tibdilha qatt ghaliex meta jsir bejgh minn fuq vapur gewwa l-Port din tkun tgheddida serja lin-negozzji Maltin. Din mhix kwistjoni jekk il-prodotti humiex kotba, prodotti tal-ikel, hwejjeg, computers, fridges, washing machines jew dulliegh, tuffiegh u prodotti friski ohra.




Fil-portijiet taghna ma jsirx bejgh la minn Maltin u lanqas minn barranin. Il-Gvern ma jistax jaghti permess lil wiehed imbghad meta jkollu talbiet ohra jghid le. Illum il-gvern Malti la jista jiddiskrimina bejn Maltin u lanqas cittadini ohra ta’ l-Unjoni Ewropea, u ma jistax jiddiskrimina bejn prodotti u prodotti ohrajn.

Jekk il-gvern jiftah il-bieb u jaghti permess darba, jkompli jibqa’ jtieh kemm lill-Maltin kif ukoll lill-barranin kollha mill-Unjoni Ewropea li jridu jigu Malta jbieghu minn fuq vapur fil-portijiet taghna.

Din hi pozizzjoni li l-GRTU ghamlitha cara u tghamilha b’aktar forza illum. U din mhux kwistjoni li xi hadd jghid ghax il-qliegh ser imur ghall-karita. Illum kotba ghall-fqar, ghada bejgh ta’ fridges ghall-Etijopja u pitghada ghall-missjoni. Skuza kulhadd jaf isib.

In-negozjant Malti jahdem is-sena kollha, jhaddem in-nies u jhallas il-pagi, it-taxxi, l-licenzji, il-VAT u jgorr l-pizijiet kollha is-sena kollha u mhux gust li min jghogbu jidhol fil-Port bla spejjez ta’ stabbiliment, ta’ haddiema u ta’ kull piz iehor u fi ftit jiem iharbat il-hobz ta’ haddiehor.

Min irid ikun galantom ikun galantom b’hobzu u mhux b’hobz il-membri taghna.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent