logo


1. Kull gimgha, kwazi kuljum, johorgu regolamenti godda minn Dipartiment, Awtorita jew entita pubblika ohra li jolqtu sidien differenti ta’ negozji zghar. Illum regolamenti li jolqtu lil bars, snack bars u restoranti, l-bierah regolamenti li jolqtu lill-istabilimenti kummercjali kollha, ftit qabel regolamenti li jolqtu lill-kuntratturi, regolamenti li jolqtu lill-importaturi, regolamenti li jolqtu lil min jghati s-servizzi, standards godda, proceduri godda, regolamenti godda dwar inpjiegi, hlasijiet, sahha, ambjent, kollox ghal wicc sid l-intrapriza.




2. Din hi l-burokrazija li dejjem tizdied. U s-sabiha hi li jfassluhom u jimponuhom bla ma jitkellmu ma hadd. Tiftah il-gazzetta, tiftah l-gazzetta tal-gvern, tisma r-radju jew t-televizjoni, u ssibhom hemm ma wiccek. Minghajr kunsultazzjoni ma hadd.

3. Mela, l-kapijiet tal-Unjoni Ewropeja joholqu d-djalogu socjali mall-msiehba socjali settur, settur, qabel ifasslu xi haga u f’Malta dawk kollha li tghidx kemm ippriedkaw li l-mudell ewropew jghodd ghaliena, ifajjru regolamenti wiehed wara l-iehor u ma jitkellmu ma hadd. B’daqqa ta’ pinna jibdlu l-vijabilita, l-kundizzjonijiet tax-xoghol u ta’ kif taghmel in-negozju u bhal allat zghar jahsbu li ghax ghamluha huma allura sewwa.

4. Din hi ipokrezija li l-GRTU mhux ser toqghod ghalija aktar. Min jippriedka d-Djalogu Socjali jrid jara li dan jitwettaq, min jaccetta li l-borokrazija zejda tohnoq l-investiment u l-impjieg irid bil-fatti jwettaq dak li jghid. Ma jistax ikun gvern jibqa ghaddej jippubblika abbozzi ta’ ligijiet li jolqtu lis-settur shih tal-kummerc u ma jitkellem ma hadd.

5. Hekk rega gara fil-kaz ra’ Abbozz Nru27. Anke jekk huma affarijiet tajbin u bzonjuzi, izda x’jigifieri titfassal ligi fundamentali lil tolqot lin-negozji kollha u ma jkun ikkunsultat hadd qabel. Din il-haga qed issir wisq. Dan mhux il-mudell Ewropew. Dan hu l-mudell qadim Malti ta’ dejjem. M’hemmx gustifikazzjoni ghall-imposizzjoni. M’hemmx gustifikazzjoni ghan-nuqqas ta’ kunsultazzjoni u ftehim mall-imsiehba socjali. L-imsiehba socjali jew taghti kashom is-sena kollha u f’kollox inkella kif ahna ser nibqghu; ninponu, jonqos l-investiment, jizdied il-qaghd u min hu komdu jghabbi fuq min irid igorr l-piz.

Il-GRTU qed tappella lill-gvern biex bis-serjeta’ jibdel ir-rotta.

 
0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent