Il-biccerija, li nhar ta’ Tnejn issoltu tkun attiva hafna ghax ir-rahhala
jtellghu l-baqar, l-erieh u l-ghoggiela ghall-qatla u jsir l-qtil u l-bejgh
tal-laham tac-canga, il-lum it-Tnejn 26 ta’ Jannar 2004 il-biccerija kienet
kwieta. Il-bicciera (slaughterers & distributors of local fresh beef) ma
tellghux bhejjem ghall-qatla. Ir-raguni hi li l-bicciera, membri tal-GRTU, qed
isibuha mpossibli li jixtru bhejjem minnghand ir-rahhala bil-prezzijiet li
l-produtturi qed jimponu.
Skond il-ftehiem li ntlahaq f’Ottubru 2002
wara li kienet tnehhiet l-assistenza lill-bicciera mill-gvern, u din
l-assistenza bdiet tinghata direttament lir-rahhala, l-produtturi kellhom
jbieghu l-bhejjem ghal qatla skond prezzijiet miftehma. Dawn kienu prezzijiet li
jwasslu c-canga friska ghand il-mara tad-dar bi prezzijiet li jhajru
lill-konsumatur jippreferi c-canga lokali friska minn dik tal-friza
mportata.
Il-GRTU illum issostni li r-rahhala ma zammewx ma dan
il-ftehiem u qeghdin kontinwament jghollu l-prezzijiet. L-ahhar talba
tar-rahhala hi meqjusa mill-bicciera bhala esagerata. Il-bicciera jsostnu li
huma ma jistghux jghaddu din iz-zieda lill-hwienet tal-laham ghax il-hwienet ma
jifilhux jghaddu din iz-zieda qawwija lill-konsumatur. Il-bicca l-kbira
tal-konsumaturi tac-canga friska huma l-familji Maltin (95% of the
market).
Il-GRTU qed taghmel kull sforz biex jibdew in-negozjati biex
jintlahaq ftehiem qabel ma jasal il-jum tal-qatla li jmiss. Il-GRTU issostni li
f’nuqqas ta’ ftehiem il-gvern u l-Kummissjoni Ewropeja ghandhom jirrikonsidraw
s-sussidju li jaghti lir-rahhala. Dawn is-sussidji li llum jaghmel tajjeb
ghalihom it-tax payer Malti, il-quddiem jibdew jinghataw mill-fondi li l-Unjoni
Ewropeja tghaddi lil Malta. Dawn is-sussdiji huma mmirati biex il-prezzijiet
tal-halib u tac-canga lokali ma joghlewx b’dannu ghal istess produtturi
(minhabba il-kompetizzjoni minn barra) u fuq kollox biex il-konsumatur Malti ma
jsofriex zidiet fil-prezzijiet.
|
|