logo

IL-GRTU kienet, ghada, u tibqa kontra l-bejgh ta’ merca minn fuq vapuri sorguti fil-portijiet Maltin. Din il-pozizzjoni il-GRTU ma tibdilha qatt ghaliex meta jsir bejgh minn fuq vapur gewwa l-Port din tkun tgheddida serja lin-negozzji Maltin. Din mhix kwistjoni jekk il-prodotti humiex kotba, prodotti tal-ikel, hwejjeg, computers, fridges, washing machines jew dulliegh, tuffiegh u prodotti friski ohra.

0
0
0
s2sdefault
Ir-rizultat tas-survey juri li id-domanda generali ghall-prodotti ghada baxxa, rifless ta l-andament kajman ta l-ekonomija Maltija. Ir-rizultat juri ukoll li l-livell ta’ income disponibbli ghall-household maltija ghadu baxx u nieqes minn dak id-dhul extra li normalment jirrifletti ruhu f’bejgh f’appliances u oggetti ohra normalment esibiti fit-Trade Fair. L-iskemi li offrew in-negozji li esebixxew ma kienux bizzejjed biex jinkoraggixxi tkabbir fil-bejgh. Inhasset ukoll bil-kbir iz-zieda fit-taxxa fil-Vat li din is-sena telghet ghal 18% minn 15% li kienet is-sena l-ohra. L-impatt tal-bejgh baxx ser jinhass fix-xhur li gejjin minn negozjanti maltin ghaliex il-bejgh tal-fiera hu parti importanti mill-business plan ta’ hafna negozji. Il-livell tal-bejgh jirregistra l-andament ukoll f’dak li hu tkabbir jew tnaqqis kemm ta investiment kif ukoll ta impjiegi fis-settur kummercjali.

0
0
0
s2sdefault
Il-Mexxejja tal-GRTU iltaqghu mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi s-Sur Tonio Fenech fejn ipprezentaw il-proposti tal-GRTU immirati biex is-settur tal-intraprizi zghar u medji ta’ pajjizna jinghata l-ispinta li jehtieg. Il-GRTU qed issostni li l-bicca l-kbira tan-negozji z-zghar ta’ pajjizna qeghdin taht pressjoni qawwija. Minn naha wahda hemm il-Gvern u l-Korporazzjonijiet tal-Istat li biex isolvu l-problemi finanzjarji taghhom qeghdin jghabbu taxxi, hlasijiet, pizijiet u kundizzjonijiet ohra bla ebda kejl tal-impatt li dawn il-pizijet kollha qed ikollhom fuq is-settur tal-intraprizi z-zghar. Minn naha l-ohra d-domanda ghall-prodotti u servizzi hi baxxa u mhux ticcaqlaq il-fuq. Ir-raguni ta’ dan hu li xejn mhu qed isir biex il-konsumatur u l-haddiem in-partikulari jkun agevolat biex ikollu aktar flus fl-idejh disponibbli ghax-xiri, fl-istess waqt l-gvern qed jippretendi li jibqa’ jzid it-taxxi fuq l-konsumatur. Dan kollu l-GRTU sostniet qed iwassal biex hafna minn negozji illum qed joperaw bit-telf.

0
0
0
s2sdefault
GRTU has conducted its second survey among the trade fair exhibitors, which are mainly represented by the organisation. The survey focused on the general outcome of Trade Fair operations. Businesses were asked to comment on their overall performance and opinions.

0
0
0
s2sdefault
Il-GRTU tifrah lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo li wassal fil-Parlament is-sejha tas-sidien tal-intraprizi Maltin biex in-negozjant Malti ma jibqax ikun ittimbrat bhala kriminal kull meta jkun hemm ksur ta’ xi ligijiet ta’ natura kummercjali.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent